Barranin
Il-Korea ta’ Fuq thedded li tħassar is-summit mal-Istati Uniti

Il-Korea ta’ Fuq ħassret bla mistenni taħditiet ta’ livell għoli mal-Korea ta’ Isfel minħabba eżerċizzji militari li l-Korea t’Isfel għamlet mal-Istati Uniti. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Korea ta’ Fuq dawn l-eżerċizzji kienu provakazzjoni u prova għal invażjoni.

Wissa’ wkoll lill-Istati Uniti li qed jikkunsidra jattendix għas-summit storiku li għandu jsir fit-12 ta’ Ġunju bejn Kim Jong-un u l-President tal-Istati Uniti Donald Trump. F’Marzu, Trump ssorprenda lid-dinja meta aċċetta stedina għal taħditiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq.

Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan qal li għadu għaddej bit-tħejjijiet għas-summit bejn Donald Trump u Kim Jong-un f’Singapore u li mhux mgħarraf b’xi tibdiliet min-naħa ta’ Korea ta’ Fuq.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May ħabbret li fil-proċess dwar Brexit ser tikkonsulta b’mod aktar wiesa’ kemm mal-House of Commons kif ukoll mas-soċjetà taċ-ċivili biex tilħaq pożizzjoni komuni li twassal…

Barranin

Is-Sindku ta’ South Bend, Indiana, Pete Buttigieg mistenni jkun fost il-kandidati tad-Demokratiċi biex jiġi elett President tal-Istati Uniti. Buttigieg, li għandu 37 sena u huwa omosesswali, qed jippjana li joħroġ…

Kurżitajiet

Jidher li għadha kif iffurmat koppja ġdida ta’ Hollywood mill-atturi ta’ fama mondjali Brad Pitt u Charlize Theron. Skont il-media barranija, Pitt u Theron bdew joħorġu flimkien xahar ilu u…

Brexit

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May illum tkompli bit-taħditiet tagħha biex tippreżenta quddiem il-Parlament Ingliż, pjani ġodda għal Brexit. F’sessjoni oħra ta’ laqgħat ma’ Deputati Konservattivi u oħrajn tal-Partit Irlandiż…

Aktar