Barranin
Il-Korea ta’ Fuq tispara żewġ missili fil-baħar

Il-Korea ta’ Fuq sparat żewġ missili fil-baħar.

Din kienet il-ħames darba li l-Korea ta’ Fuq sparat dawn it-tip ta’ missili fl-aħħar ġimgħat. Skont il-militar tal-Korea t’Isfel, il-missili ballistiċi hu maħsub li jtiru f’distanza qasira. Jekk dan ikun konfermat, dan it-test jikser il-ħdax-il riżoluzzjonital-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Il-missili kienu sparati wara li l-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li rċieva ittra sabiħa ħafna mingħand il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un. Trump qal li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq mhux kuntent bl-eżerċizzji militari li għaddejjin bħalissa bejn l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Barranin

Fil-Polonja fetħu l-postijiet tal-votazzjoni fejn il-Pollakki mistennija jagħtu mandat ieħor lill-partit tal-Ġustizzja u Liġi Nazzjonali, PiS, li potenzjalment se jkompli jkabbar l-iżolament tal-pajjiż għax tkompli tikber it-tensjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba…

Aktar