Barranin
Il-Korea t’Isfel għall-ewwel darba b’iktar imwiet milli twelid

Tħassib għall-awtoritajiet tal-Korea t’Isfel hekk kif għall-ewwel darba, fl-2020 il-pajjiż ra iktar imwiet milli twelid.

Minkejja li l-Korea t’ Isfel diġà huwa l-iktar pajjiż fid-dinja bl-inqas rata ta’ twelid, din kienet l-ewwel darba li mietu iktar nies milli twieldu.

Is-sena li għaddiet f’dan il-pajjiż twieldu 275,000 tarbija, li jammontaw għal 10% inqas mis-sena ta’ qabel. B’kuntrast, mietu 307,764 persuna.

Il-Ministeru għall-Intern iddikjara li hemm bżonn bidla fil-politika tal-Gvern bit-tama li tinbidel din ix-xejra.

Tnaqqis fil-popolazzjoni żagħżugħa jpoġġi piż fuq il-pajjiż minħabba iżjed domanda għas-servizzi tas-saħħa u pensjonijiet flimkien ma’ nuqqas ta’ persuni fl-impjieg.