Infrastruttura
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma b’tender biex ittejjeb l-infrastruttura tad-dranaġġ

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ppubblikat tender ta’ €5 miljuni bħala parti mill-istrateġija biex ittejjeb l-infrastruttura li tittratta d-dranaġġ.

Fi stqarrija, il-Korporazzjoni qalet li preżentament Ħad-Dingli qed iservi bħala l-istazzjon fejn l-ilma maħmuġ jinġabar u wara jiġi ppompjat għan-newtork prinċipali. Ġie spjegat li b’din l-inizjattiva dan l-istazzjon se jinqabeż u l-ilma se jgħaddi għar-Rabat.

Wieħed jista’ jaċċessa d-dokument tat-tender, CT/3163/2018 fuq http://www.wsc.com.mt/tenders/.