Lokali
Il-kreattività, l-innovazzjoni u l-kultura fil-qofol ta’ proġetti ppremjati fil-Premju tal-President

Il-kreattività, l-innovazzjoni, il-kultura u l-ħeġġa għas-solidarjetà huma l-qofol ta’ proġetti ppremjati fil-Premju tal-President għall-Kreattività. Dan il-premju jsir kull sena bil-għan li jagħti għarfien u appoġġ lill-għaqdiet, speċjalment dawk immirati lejn il-ħtiġijiet soċjali u l-ġid tal-komunitajiet.

Kliem ta’ apprezzament minn Maria – waħda miż-żgħażagħ fi ħdan l-Assoċjazzjoni tad-Down Syndrome – għal dak kollu li tagħmel magħha l-għalliema tagħha – Sarah Spiteri. Is-Sinjura Spiteri spjegat li l-Assoċjazzjoni rebħet il-Premju tal-President għall-Kreattività, għall-proġett dwar kif il-mużika tiġi mgħallma bl-iktar mod bażiku – il-kuluri u l-forom.

”Il-metodu huwa sempliċi. Għandek kuluri u huma jdoqqu fuq il-keyboards jew fuq il-kitarri, u skont il-kulur li qed jaraw, idoqqu u jagħfsu l-key relattiva. Però s-sabiħ tiegħu huwa li jagħmlu l-mużika flimkien, u din hija xi ħaġa li sa ftit żmien ilu, mingħajr dan il-proġett ma kienx possibbli.”

Joanna Xerri, il-President tal-Assocjazzjoni Down Syndrome, qalet li premju ieħor li rebħu kien bil-proġett Radio Valo – inizjattiva li tgħin persuni b’diżabbiltajiet intellettwali jiżviluppaw ħiliet ta’ espressjoni u tinkoraġġihom iżommu ruħhom aġġornati, isemmgħu leħinhom u jinvolvu ruħhom bl-użu ta’ għodod xierqa għal komunikazzjoni effettiva. Radiovalo jagħti l-lok biex grupp ta’ żgħażagħ jesprimu ruħhom permezz tal-fotografija u filmati li jtellgħu fuq il-midja soċjali.

‘Il-proġett oriġina mill-Finlandja. Jiġifieri għandna partnership mal-Finlandja fejn huma li għandhom iktar esperjenza f’dawn l-affarijiet, ikomplu jiggwidawna, u ż-żgħażagħ jieħdu gost li jkomplu jimirħu b’dan il-proġett.”

Il-Premju tal-President għall-Kreattività premja 10 proġetti li bejniethom ħadu madwar €62,000. Il-Premju jingħata b’kollaborazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-President u l-Kunsill tal-Arti li jamministra wkoll it-tqassim tal-fondi.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar