Il-Kriminalità f’Malta qed issir mill-Maltin jew mill-barranin?

Waqt il-programm ‘Popolin’ ġiet analizzata l-kriminalità f’pajjiżna. Kemm mir-reati li qed isiru qed jiġu kommessi mill-Maltin u kemm minnhom saru mill-barranin?

Il-Mistieden tal-programm, Duncan Tong stħarreġ il-kriminalità f’Malta u t-tip ta’ reati li qed jiltaqgħu magħhom il-pulizija Maltija. L-istudju li għamel Tong huwa bbażat fuq talba għall-informazzjoni li saret lill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi. L-informazzjoni miġbura tittratta reati li saru bejn 2015 u l-2019.

“L-istudju jindika trend li r-reati f’pajjiżna magħmula minn persuni li ġejjin minn barra l-EU żdied”. “45% tal-każijiet ta’ omiċidju li saru bejn l-2015 u l-2019 kienu magħmula minn individwi li ġejjien minn barra l-Unjoni Ewropea, li huwa allarmanti hu li l-popolazzjoni ta’ non-EU citizens f’Malta hija ta’ 10% biss” tenna Tong.

Mistoqsi mill-preżentatur liema huma l-iktar reati frekwenti f’Malta, Tong qal li l-iktar komuni huma ġlied u ġlied bl-armi. “Jinkwetani l-fatt li proporzjon daqshekk żgħir tal-popolazzjoni (non-EU) qed jikkommetti proporzjon kbir tar-reati f’pajjiżna”. Tong sostna li fl-opinjoni tiegħu bħala ċittadin u ekonomista għandu jsir iktar infurzar tal-liġi, iktar rondi fit-toroq biex jiġu evitati iktar reati u nżidu l-kontrolli fuq is-settur tal-immigrazzjoni li qed iwassal biex dawn il-persuni jiġu f’pajjiżna.

Ara l-programm kollu hawnhekk:-

Popolin