Barranin
Il-kritiku ewlieni tal-President Russu se jibqa’ miżmum arrestat sa mill-anqas 30 ġurnata

Il-kritiku ewlieni tal-President Russu Vladimir Putin, Alexei Navalny se jibqa’ miżmum arrestat sa mill-anqas tletin ġurnata.

Huwa kien arrestat wara li tar lejn Moska mill-Ġermanja, ħames xhur wara li kważi nqatel wara li kien ivvalenat.

Għexerien ta’ dimostranti nġabru quddiem l-għassa f’Moska bl-għajta għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

Il-Prosekutri Russi qed jiġġustifikaw l-arrest għaliex skonthom l-attivista kiser il-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti f’sentenza li tat f’każ ta’ misapproprijazzjoni ta’ fondi.

Intant l-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-komunità internazzjonali kkundannat l-arrest tiegħu u sejħu għall-ħelsien immedjat tiegħu.