Unjoni Ewropea
“Il-kriżi COVID-19 aċċentwat l-isfidi ta’ Malta li għandhom ikunu indirizzati b’mod adekwat fin-negozjati fl-UE”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi pparteċipa fil-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Ewropej li saret bi tħejjija għad-diskussjoni li se ssir fil-Kunsill Ewropew, fejn se jkunu qed jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea.

Il-laqgħa ffukat prinċiparjament fuq il-fond Ewropew għall-irkupru bħala reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 u l-baġit tal-UE għas-seba’ snin li ġejjin.

Is-segretarju parlamentari tkellem dwar il-bżonn ta’ impenn biex jintlaħaq ftehim mill-aktar fis fuq il-pjan għal irkupru b’saħħtu u l-baġit, biex jintbagħat sinjal ċar lill-intraprizi u liċ-ċittadini Ewropej.

Dan filwaqt li nnota li l-proposti tal-Kummissjoni jinkludu diversi elementi pożittivi iżda saħaq li hemm bżonn ta’ aktar diskussjonijiet kemm dwar il-baġit fit-tul kif ukoll fil-fond għall-irkupru.

Stefan Zrinzo Azzopardi qal li l-kriżi COVID-19 aċċentwat l-isfidi ġeografiċi permanenti ta’ Malta li għandhom ikunu indirizzati b’mod adekwat fin-negozjati.

Il-ministri ġew infurmati min-negozjatur ewlieni tal-UE, is-Sur Michel Barnier, dwar l-istat tannegozjati tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit.

F’parti oħra tad-diskussjoni, it-tliet pajjiżi li jmiss li se jmexxu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri, jiġifieri l-Ġermanja, il-Portugall u s-Slovenja ppreżentaw il-programm konġunt tagħhom ta’ 18-il xahar tal-Kunsill, li jibdew iseħħu mill-1 ta’ Lulju 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-ġurnalist veteran Reno Bugeja rrapporta għax-xogħol għall-aħħar darba mal-istazzjon nazzjonali wara karriera ta’ 44 sena. Is-Sur Bugeja se jirtira bl-età f’nofs dan ix-xahar wara li għall-aħħar seba’ snin mexxa l-Kamra tal-Aħbarijiet…

Lokali

Issokta r-restawr tal-fortifikazzjonijiet li jinkludu l-Ospizio fil-Furjana biex sas-sajf ta’ sentejn oħra jinfetaħ għall-pubbliku dak li qed jissejjaħ bħala l-ewwel mużew tal-arti kontemporanja f’Malta bl-isem ta’ MICAS. Il-proġett jinkludi fost…

Avjazzjoni

L-Air Malta kitbet paġna oħra fl-istorja tagħha meta ajruplan tal-linja nazzjonali tar għall-ewwel darba lejn l-Indja biex ħa lura f’Kerala 110 ċittadin Indjan f’titjira ta’ ripatrijazzjoni mħallsa mill-gvern. Tkellimna ma’…

Aktar