Edukazzjoni
Il-KSU b’kampanja biex il-vuċi taż-żgħażagħ tasal fl-istituzzjonijiet Ewropej

Is-saħħa mentali, l-użu tad-droga u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Dawn huma t-tliet temi magħżula f’kampanja ġdida mtella’ mill-Kunsill tal-Istudenti Universitarju b’finanzjament mill-Parlament Ewropew biex tingħata vuċi liż-żagħżagħ fl-Unjoni Ewropea.

Il-Kunsill Studenti Universitarji nieda l-kampanja YourFuture EU bil-għan li ż-żgħażagħ iwasslu fl-għola istutuzzjonijiet Ewropej it-tħassib u l-bidliet li jixtiequ jaraw.

Din il-kampanja li se tkun qed issir bl-appoġġ finanzjarju tal-Parlament Ewropew se tkun qed tiffoka fuq il-ġid tal-istudenti u ż-żgħażagħ b’mod speċjali fi kwistjonijiet relatati mal-abbuż tad-droga, ugwaljanza bejn is-sessi u s-saħħa mentali.

Yasmine Ellul uffiċjali tal-istudenti fi ħdan il-KSU qalet li d-diskussjonijiet li se jsiru se jifformaw il-bażi tal-policy paper li se tkun ippreżentata fi tmiem il-kampanja.

“Aħna għażilna tliet temi differenti li huma l-użu tad-droga, l-ugwaljanza bejn is-sessi u s-saħħa mentali. Aħna naħsbu li dawn huma tliet temi importanti ħafna għaż-żgħażagħ tal-lum.Huma tliet temi għalkemm nitkellmu fuqhom hemm ħafna, ħafna xogħol xi jsir biex inkomplu nimxu l-quddiem f’dan l-aspett.”

Żiedet li dawn it-temi ntgħażlu għax jaffetwaw u joħolqu sfidi fil-ħajja ta’ kull żagħżugħ.

Il-President tal-KSU Matthew Xuereb qal li l-pandemija tal-covid uriet biċ-ċar li l-Unjoni Ewropea tista’ tkun strument biex il-kwistjonijiet tal-ġurnata jissolvew b’mod effettiv u kollettiv. Qal li huwa importanti li biex l-Unjoni Ewropea tibqa’ relevanti jeħtieġ li jkun hemm djagolu kontinwu maċ-ċittadini.

Mario Sammut il-Kap fl-Uffiċċju Informazzjoni tal-Parlament Ewropew f’Malta qal li huwa importanti li l-Parlament Ewropew jisma’ Ewropew jisma’ ż-żagħżagħ għaliex huma integrali għall-futur.

“Huma importantisimu li ż-żagħżagħ iwasslu l-messaġġ tagħhom x’qed jipprejokuphom fejn jaraw l-Ewropa sejra eee il-għaliex Ewropa mingħajr żagħżagħ teħel fejn hi. Il-futur huwa taż-żgħażagħ. U allura inti dejjem għandek bżonn ta’ ideat ġodda.”

Is-Sur Sammut qal li din il-kampanja se tqarreb liċ-ċittadini Ewropej lejn il-Parlament Ewropew.