Lokali
Il-Kumitat għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà tal-Ġnus Magħquda b’kummenti pożittivi għal Malta

Malta kienet taħt il-lenti tan-Nazzjonijiet Magħquda biex tgħaddi mill-għarbiel dwar kif twettaq il-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà. Magħrufa bħala artiklu 12, din il-konvenzjoni telenka d-drittijiet u l-integrazzjoni fis-soċjetà tal-persuni b’diżabiltà.

Għall-ewwel darba, f’Ġinevra Malta ħadet sehem fl-20 Sessjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà tal-Nazzjonijiet Magħquda, bi djalogu pubbliku kif mitlub mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà. Il-mistoqsijiet imressqa mill-Kumitat lir-rappreżentanti tad-Delegazzjoni Maltija kienu jolqtu diversi aspetti ta’ drittijiet umani, fosthom inklużjoni fl-edukazzjoni u l-impjieg, proviżjoni ta’ servizzi, aċċessibilità, dritt għall-awtonomija personali u għall-ħajja indipendenti, l-integrazzjoni fil-komunità, u parteċipazzjoni soċjali u politika dwar il-persuni b’diżabilità.

Il-konsulent tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabbiltà, Dr Alistair De Gaetano qal li d-delegazzjoni kienet pożittivament sorpriża tisma’ kemm Malta għamlet avvanżi f’dan il-qasam u kemm f’ċerti oqsma hija mudell għall-pajjiżi oħra.

Dr Alistair Degaetano qal “wara anke ġew membri tal-Kumitat li mhux biss ferħulna imma talbuna bħal pereżempju fejn tidħol l-interpretazzjoni tal-Braille, qalulna kemm għandkom mudell tajjeb u nixtiequ nużaw il-mudell li żviluppat Malta.

Id-domandi għall-mistoqsijiet imressqa quddiem il-Gvern Malti, ġew preżentati anke bil-braille, il-lingwa universali għall-għomja. Dr Degaetanoa qal li anke ntwera interess biex ċerti innovazzjonijiet li ġew implimentati f’Malta, bħas-sistema ta’ poloz tal-votazzjoni għal persuni neqsin mid-dawl, jiġu adottati f’pajjiżi oħra.

Iċ-Chairperson tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Magħquda Theresa Degener dehret sodisfatta bil-preżentazzjoni li għamlet id-delegazzjoni Maltija.

Theresa Degener qalet “this has been a very constructive dialogue with the government of Malta. We’ve received a lot of information and we’re looking very much forward how you implement article 12 in your country.”

Fit-tweġibiet tagħhom ir-rappreżentanti Maltin spjegaw kif il-Gvern qiegħed jinforża aktar il-liġi kontra d-diskriminazzjoni bl-introduzzjoni ta’ numru ta’ inċentivi għal ħaddiema b’diżabilità u għal min iħaddem, bħalma huma miżuri kemm ta’ formazzjoni kif ukoll fiskali.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Seba’ snin wara li  pazjent fl-Isptar Karin Grech faga mejjet waqt li kien qed jiekol tiġieġa ntemmu l-proċeduri kriminali kontra tliet membri tal-istaff tal-infermiera. L-infermiera Maria Bondin ta’ 61 sena…

Qorti

Raġel ta’ 42 sena miż-Żebbuġ, Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll bil-pussess ta’ droga kokaina u…

Lokali

Bħalissa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit. Matulha Dr Muscat ħabbar it-tħejjijiet li qed tagħmel Malta f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim u…

Lokali

Il-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali qassam €150,000 lil għaxar Kunsilli Lokali biex jirrenovaw il-housing estates fil-lokalità tagħhom. Fost il-kunsilli li ngħataw il-fondi hemm tal-Marsa, il-Ħamrun, Santa Venera, il-Belt Valletta u…

Aktar