Lokali
Il-Kumitat Parlamentari Ewropew ifaħħar lil Malta għall-proġetti u attivitajiet marbuta ma’ Valletta18

Il-proġetti u l-attivitajiet tal-Valletta 2018 kisbu kliem ta’ tifħir mill-Membri tad-Delegazzjoni tal-Kumitat Parlamentari Ewropew għall-Kultura li żaru Malta biex josservaw l-andament tagħhom. Qalu li huma tal-fehma li dak li sar fl-okkażjoni tal-Belt bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura ser iħalli legat li ser jibqa’ jinħass għal ħafna snin.

Rappreżentanti mill-Kumitat Parlamentari Ewropew għall-Kultura u l-Edukazzjoni faħħru l-organizzazzjoni u d-diversità tal-programm li qed isir fl-okkazzjoni tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Fi tmiem żjara f’Malta, il-Membri Parlamentari Ewropej qalu li l-għadd u l-varjazzjoni tal-attivitajiet jinkoraġixxu s-sehem attiv taċ-ċittadini fil-kultura.

Il-Membru Parlamentari Ewropea María Teresa Gimenez Barbat qalet li l-mużew kontemporanju tal-arti ġdid, il-MUŻA, li se jiftaħ dalwaqt se jsaħħaħ l-wirt kulturali u artistiku tal-Belt u jinkoraġixxi aktar persuni biex japprezzaw is-sbuħija tal-kultura.

L-MEP María Teresa Gimenez Barbat qalet ”you have a lot of important projects to keep Malta in the place that it deserves, Malta is a country that is very strategic, in the Mediterranean area, wants to be European and wants to share our history, and our creativity.”

Mitluba jikkumentaw dwar il-momument spontanju ddedikat għall-ġurnalista Daphne Caruana Galizia f’ħoġor il-Monument tal-Assedju l-Kbir quddiem il-Qorti, il-Membri Parlamentari Ewropej qalu li minkejja li s-sinjura Caruana Galizia jixirqilha monument, il-kwistjoni dwar fejn għandu jkun, trid tkun deċiża mill-Maltin.

Dwar jekk il-Kumitat kellux tħassib dwar il-karigi fi ħdan V18, il-Membri tal-Kumitat qalu li l-funzjoni tagħhom hija li jaraw li l-proġetti jitwettqu. Qalu li minn dak li raw jidhrilhom li l-V18 se tkun suċċess u li l-legat tal-V18 ser jibqa’ jinħass għal bosta snin.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Tfajla ta’ 24 sena bil-kundizzjoni Bi-Polar qalet li minn ħajja solitarja u dipressiva, illum qed tgħix ħajja feliċi grazzi għal mara li qed tiddedika ħajjitha għal żgħażagħ b’diżabiltà. Fiona Ellul…

Lokali

Fis-sajf li ġej, grupp ta’ ċiklisti mil-LifeCycle ser jaqdfu elfejn kilometru fi tliet pajjiżi fl-Ażja biex ikomplu jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u biex tkun iffinanzjata għajnuna psikoloġika għall-pazjenti…

Kultura

Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta…

Sport

Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…

Aktar