Barranin
Il-kummidjant Volodymyr Zelensky ser ikun il-President il-ġdid tal-Ukrajna

Fl-Ukrajna, il-kummidjant Volodymyr Zelensky ser ikun il-President il-ġdid tal-pajjiż wara li skont l-exit polls ġab 70% tal-voti mitfuha. Illum il-poplu ħareġ jivvota fl-aħħar fażi tal-elezzjonijiet presidenzjali. L-għażla kienet bejn il-President attwali u l-biljunarju Petro Poroshenko u l-kummidjant televeżiv Volodymyr Zelensky li huwa ġdid fix-xena politika.

Fl-ewwel fażi tal-elezzjonijiet fejn ikkontestaw 39 kandidat Zelensky ġab aktar minn 30% tal-voti filwaqt li Poroshenko ġab ftit anqas minn 16%.

Poroshenko li ilu jmexxi l-pajjiż kważi 5 snin qal li mhux importanti min ser ikun president iżda hija importanti ħafna t-triq ‘il quddiem li jrid ikompli għaddej biha l-pajjiż. Zelensky qal li l-Ukreni vvutaw għar-rebħa u għat-tama li jkollhom għażla ħielsa. Zelensky li għandu 41 sena jgawdi popolarità kbira fl-Ukrajna minħabba li interpreta l-parti ta’ għalliem li sar il-president tal-pajjiż f’serje televisiva segwita ħafna fil-pajjiż tant li semma’ l-partit politiku tiegħu bl-istess isem tas-serje televisiva ‘Servizz għan-Nies’,

Poroshenko kemm-il darba sahħq fuq il-bżonn li l-pajjiż ikollu president b’esperjeza fi żmien meta l-Ukrajna tinsab fi gwerra mar-Russja fil-Lvant tal-pajjiż iżda jidher lill-poplu huwa mdejjaq sal-ponta ta’ mnieħru bil-korruzzjoni u lis-sinjuri qed isiru aktar sinjuri.

Il-President fl-Ukrajna għandu poteri fuq is-sigurtà, id-difiża u l-politika barranija tal-pajjiż. Fl-Ukrajna, il-popolazzjoni tlaħħaq kważi 44 miljun persuna.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

L-informazzjoni personali ta’ miljuni ta’ influencers fuq Instagram instabet online fuq database.  It-tagħrif kollu kien maħżun f’server li mhux protett b’password u għalhekk aċċessibbli għal kulħadd. TechCrunch qed tirrapporta li…

Brexit

Il-kabinett Ingliż qabel mal-pjan tal-Prim Ministru Theresa May ħalli l-fethim biex ir-Renju Unit iħalli l-Unjoni Ewropea jsir parti mil-Liħi Ingliħa. Jingħad li l-ftehim huwa maħsub biex jinstab kompromess mal-Oppożizzjoni Laburista….

Barranin

L-attur ċelebri Johnny Depp akkuża lill-ex mara tiegħu Amber Heard li kienet tpinġi t-tbenġil u ċaħad li kien isawwatha.  L-istilel ta’ Hollywood Depp u Heard iżżewġu fl-2015 u ddivorzjaw sentejn wara,…

Barranin

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili Franċiżi kellhom biċċa xogħol delikata biex jikkonvinċu raġel li niżel taħt il-gallerija tat-torri Eiffel u kkawża konfużjoni kbira għax kellha ssir evakwazzjoni ta’ emerġenza tan-nies kollha fit-torri…

Aktar