Barranin
Il-kummidjant Zelensky b’rebħa kbira fl-elezzjoni Ukrena

Il-kummidjant Ukren Volodymyr Zelensky għamel rebħa kbira fl-elezzjonijiet presidenzjali f’pajjiżu.

Bil-voti kważi magħduda kollha, Zelensky kiseb 73 fil-mija tal-appoġġ.

Zelensky, ta’ 41 sena, sfida lill-President Petro Poroshenko, li ġab 24 fil-mija tal-voti u kkonċeda ttelfa.

Poroshenko qal li mhux se jitlaq mix-xena politika. Ir-riżultat ta’ din l-elezzjoni qed jitqies bħala daqqa ta’ ħarta kbira għal Poroshenko u għall-establishment Ukren.

Zelensky qal lill-ġurnalisti se jerġa’ jqajjem it-taħditiet ta’ paċi mas-separatisti appoġġjati mir-Russja li qed jiġġieldu lill-forzi Ukreni u lill-voluntiera fil-Lvant tal-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Inqatgħu l-linji tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-elettriku fil-belt kapitali tal-Greċja hekk kif ftit tal-ħin ilu nħass terremot qawwi fiż-żona. Bosta persuni ħarġu jiġru fit-toroq bħala prekawżjoni. It-terremot immarka 5.3 fuq l-iskala…

Kurżitajiet

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen…

Barranin

Raġel ta’ 60 sena baqa’ skantat hekk kif induna li fuq pakkett tas-sigaretti tefgħu ritratt ta’ siequ maqtugħa bħala twissija kontra t-tipjip u l-perikli li jġib miegħu. Ir-raġel, li jgħix…

Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Aktar