Infrastruttura
Il-Kummisjoni Ambjentali tal-Knisja tipproponi reġistru tal-operaturi fil-kostruzzjoni

Il-Kummissjoni tal-knisja dwar l-Ambjent qalet li r-regolamenti proposti dwar l-industrija tal-bini għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-pubbliku. Fi stqarrija l-għada li għalqet il-konsultazzjoni pubblika dwar dawn ir-regolamenti, il-Kummissjoni qalet, fost oħrajn, li għandu jkun hemm reġistru ta’ dawk kollha li joffru servizz fil-kostruzzjoni ħalli jkun jista jigi żgurat li x-xogħol isir minn nies liċenzjati f’dawn is-snajja’.

Il-Kummissjoni fakkret fit-traġedja tal-2004 meta żewp nisa tilfu ħajjithom wara li ġġarraf bini f’San Pawl il-Baħar, u qalet li f’14-il sena ħadd m’għadu tgħallem u l-ibliet u l-irħula għadhom isofru minn sitwazzjonijiet mhux aċċettabli, meta n-nies għandhom dritt igawdu l-propjetà tagħhom mingħajr il-biża’ li se jispiċċa vittma f’inċidenti ta’ kostruzzjoni.

Il-Kummissjoni laqgħet it-twaqqif tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, iżda lmentat li ħamest ijiem għall-konsultazzjoni pubblika kien perjodu qasir, li skont hi jqajmu dubji dwar l-effettività tar-regolamenti proposti. Ħeġġet għal diskussjoni usa’ fuq l-effett tal-bini fuq proprjetà ta’ terzi u l-użu tal-materjali fil-bini.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Tabella max-xatt tal-Mellieħa, fl-inħawi tat-Tunnara, twissik li mhux permessi BBQs jew tined. Għal ħafna għawwiema iżda jidher li din it-tabella setgħet ma saritx, b’numru kbir ta’ tined li llum intramaw…

Qorti

Raġel weħel 6 xhur ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’dokumenti foloz. Immigrant mill-Mali, li daħal Malta sena ilu, ġie kkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li pprova…

Toroq

Dalgħodu, 83 vettura twaqqfu fi Triq il-Kosta minn uffiċjali tal-Pulizija li jidderiġu t-traffiku wara li nstabu li kienu qed jiksru l-liġi tat-triq. Madwar 200 karozza ġew iċċekkjati mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn…

Kronaka

Connie Mifsud instabet qawwija u sħiħa wara li ġiet irrapportata nieqsa dalgħodu. Iktar kmieni, iben Connie, Chris Mifsud, kiteb fuq il-midja soċjali biex javża li ommu, li għandha d-dimensja, kienet…

Aktar