Lokali
Il-Kummissarju Ewropew Jourová f’Malta b’laqgħat ma’ entitajiet varji

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Vĕra Jourová bdiet żjara ta’ jumejn f’Malta, li matulha se tistħarreġ aktar dwar kwistjonijet bħal programm ta’ċittadinanza b’investiment, il-ħasil tal-flus u l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

F’konferenza tal-aħbarijiet qalet li Malta mhijiex taffaċċja dawn il-kwistjonijiet waħedha. Qalet li Malta hi parti importanti mill-Unjoni Ewropea u li l-isfidi jingħelbu biss jekk l-Unjoni tibqa’ magħquda.

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja qalet li hemm xquq fis-sistema Maltija kontra l-ħasil tal-flus u esprimiet tħassib dwar kif żvolġew l-affarijiet fil-kwistjonijiet ta’ Pilatus Bank. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kummissarju Jourová ħeġġet lill-Awtorità Bankarja Ewropea biex tinvestiga l-possibiltà li seta’ kien hemm ksur tar-regoli Ewropej mill-FIAU. Hija ħeġġet lill-awtoritajiet Maltin biex jikkoperaw mal-Awtorità Bankarja Ewropea u li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tagħha.

” The gaps in one member state have an impact on all other member states. The money laundered in one country can and often does support crime in another country of the EU,” qalet il-Kummissarju Jourová.

Il-Kummissarju Ewropew stqarret li Malta mhux l-unika pajjiż fejn hemm dawn il-problemi. Żiedet li ma tridx li xi pajjiż tal-Unjoni Ewropea jkun ta’ refuġju għall-kriminali jew persuni korotti biex jaħslu l-flus.

Fl-ewwel jum taż-żjara tagħha f’ Malta hija ltaqgħet ma’ rappreżentanti tal-Financial Intelligence Analysis Unit, l-FIAU, u l-Ġimgħa se tiltaqa’ mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. L-ewwel laqgħa kienet mal-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, li fiha ippreżenta l-ittra formali biex Malta tissieħeb fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità.

Il-Kummissarju Jourova laqgħet din it-talba biex Malta tingħaqad mal-20 pajjiż ieħor li ssieħbu fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewopew. Qalet li din hi aħbar tajba fil-ġlieda kontra reati kriminali u protezzjoni akbar għal flus il-poplu.

Fil-konferenza tal-aħbarijiet, il-Kummissarju Ewropew tkellmet ukoll dwar il-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment u qalet li l-Kummissjoni Ewopea trid tiżgura li ċ-ċittadinanza Ewropea tingħata lil persuni li għandhom rabtiet vera mal-pajjiż. Qalet li għalhekk il-kummissjoni qed tistudja d-diversi skemi minn dawn li hemm f’diversi pajjiżi Ewropej.

“My teams are now working on a report looking into national schemes granting EU citizenship for investors. It will be based onto an in depth fact finding study,” qalet il-Kummissarju.

Il-Kummisarju Jourova qalet li r-rapport mistenni jiġi ppubblikat sa tmiem din is-sena u jekk jinstabu nuqqasijiet fil-programm ta’ Malta, taħdem mal-Gvern biex jiġu rranġati.

Dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Kummissarju Jourová qalet li l-Ġimgħa se tiltaqa’ mal-uffiċjali li qed jinvestigaw il-qtil tal-ġurnalista. Hija qalet li l-Kummissjoni tistenna li l-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak tkun indipendenti bil-għan li jinstab min verament hu responsabbli għall-qtil tagħhom.

Hija kellha laqgħat mal-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli u mal-Prim Imħallef Joseph Azzopardi, li magħhom iddiskutiet temi relatati mad-doveri tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Il-Forzi Armati ta’ Malta spiċċat rid tħallas għall-karozza mikrija wara li din ġarrbet ħsarat estensivi waqt sessjoni taħriġ f’każ li jmur lura għaxar snin. L-ewwel Qorti kienet iddeċidiet favur il-Forzi…

Qorti

Il-Qorti ddikjarat li d-drittijiet ta’ raġel akkużat bi traffikar ta’ droga nkissru wara li l-każ spiċċa jkaxkar sitt snin. Fl-2012, Agius kien imressaq b’akkuża bi traffikar u pusses tal-eroina, li…

Pulizija

Il-Police Officers Union u l-Malta Police Association iffirmaw l-ewwel ftehim settorjali ġdid għall-Korp tal-Pulizija. Il-ftehim settorjali għal ħames snin li ġejjin qed jitqies bħala wieħed storiku hekk kif sar b’konsultazzjoni sħiħa mal-Unions. Dan il-ftehim ser jara…

Lokali

Is-soċjetà għall-persuni nieqsa mid-dawl dalgħodu għamlet mixja simbolika fil-Belt Valletta biex tqanqal iktar kuxjenza għal mogħdrija u appoġġ għal persuni b’din it-tip ta’ diżabilità. Frans Tirchett, il-President tas-Soċjetà qal lil…

Aktar