Edukazzjoni
Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni se jinvestiga r-raġuni għan-nuqqas ta’ għalliema

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Caruana Carabez, qal li se jinvestiga kemm hi kbira l-problema tan-nuqqas ta’ għalliema wara li fl-aħħar jiem uffiċjali fil-Ministeru għall-Edukazzjoni ndikaw li tista’ tinħareġ sejħa għal supply teachers barranin fis-suġġetti tal-matematika, l-Ingliż u t-teknoloġija tal-informatika.

Is-Sur Caruana Carabez qal li hu ma jridx ikun drammatiku, jew joħloq allarm, iżda se jekk tibqa’ ma tittieħed l-ebda azzjoni se nkunu fi kriżi.

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, Charles Caruana Carabez, qal li fl-aħħar jiem beda jinnota żieda inkwetanti fil-kummenti u r-rapporti fil-media dwar nuqqas ta’ għalliema li fi kliemu hija inaċċettabli u bħala ex għalliem ma jistax jibqa’ sieket.

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Sur Caruana Carabez qal li f’dan il-kuntest iddeċieda li b’inizjattiva personali jistħarreġ jekk il-problema hix kbira jew le u fuq kollox x’inhuma r-raġunijiet li qed iwasslu biex l-awtoritajiet tal-edukazzjoni tant mhux isibu għalliema Maltin li qed jikkunsidraw jimpjegaw supply teachers barranin.

“Jiena l-iktar li tinteressani l-proċess tar-reklutaġġ, dawn it-teachers irid ikollhom mezz ta’ komunikazzjoni mal-istudenti mhux ġibt teacher tal-maths però ma jafx bl-Ingliż, mhux qed nistennih bil-Malti jekk ġej minn barra, imma bl-Ingliż irid ikun jaf u li jkun ta’ ċertu standard jiġifieri degree.”

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni qal li l-għan tal-istudju li se jagħmel bil-koperazzjoni tal-prinċipali tal-kulleġġi mhux maħsub li jipponta s-swaba’ imma li bih ġenwinament jikseb għarfien tas-sitwazzjoni u jara għaliex inqas persuni qed jagħżlu li jsegwu l-kors ta’ għalliema.

“Iva nħoss li hemm wisq paper work involut illi t-teacher qed jaqtagħlu qalbu għax dan lil hinn mill-korrezzjonijiet u l-preparazzjoni li għandek barra li tgħallem, qed jitkissru u tispiċċalu l-fiduċja għax qed iħossu mgħasses mentri għalliem tajjeb iħoss dik il-libertà illi jimraħ”

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni qal li wara li janalizza s-sitwazzjoni, se jressaq rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet u jekk ikun hemm bżonn iressaq il-kwistjoni fil-Parlament.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Bdiet tieħu l-forma triq ġdida, li skont il-pjani ta’ Infrastructure Malta, sa erba’ xhur oħra se tkun tista’ tibda tintuża mill-eluf ta’ vetturi li mill-Imrieħel jitilgħu ‘l fuq, lejn ir-Rabat…

Safar

Wara li tard ilbieraħ il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret li l-Maltin se jkunu jistgħu jżuru 19-il pajjiż meta l-ajruport jerġa’ jibda jopera titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju, illum il-Prim…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kienet ikkontrollata f’Malta, fejn għalkemm ħafna nies inżammu d-dar iżda tpoġġew fi kwarantina. Semmiet il-fatt li l-RT erġajna niżżilniha, u din…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-pajjiż rebaħ il-gwerra kontra l-Covid-19. F’konferenza tal-aħbarijiet Dr Fearne qal li ma jfissirx li għax pajjiżi oħra għadhom fil-gwerra, Malta…

Aktar