Qorti
Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data f’kuntatt mal-Qorti fuq ritratti minn kamera f’toilet

Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u d-Data, Ian Degurara, qal li għamel kuntatt mal-Qorti dwar ritratti minn kamera moħbija f’toilet tan-nisa, li allegatament instabu fil-pussess ta’ Albert Buttigieg, li jinsab mixli b’ħasil ta’ flus.

Il-Kummissarju qal dan f’korrispondenza mibgħuta lill-Professur Arnold Cassola, wara li dan talab għal investigazzjoni.

Il-Kummissarju qal li għamel kuntatt mad-Deputat Reġistratur tal-Maġistrat Donatella Frendo Dimech biex jivverifika x’inhi l-proċedura biex l-Uffiċċju tiegħu jkollu kopja ta’ dawn ir-ritratti, fejn kien infurmat li jrid isir rikors indirizzat lill-Maġistrat.

Qal li f’każijiet simili, l-eżaminar tal-evidenza huwa l-ewwel pass li jwassal lill-kummissjoni għall-protezzjoni tad-data biex tiddetermina jekk hemmx bażi biżżejjed biex tibda investigazzjoni ex-officio, fejn irid ikun determinat jekk hemmx proċessar ta’ data personali relatat ma’ persuni identifikabbli.

Ara wkoll:

Is-sidien tar-restorant Capo Mulini jiċħdu li kellhom cameras moħbija fit-toilet tan-nisa