COVID-19
Il-Kummissarju għas-Saħħa jaqbel li għandhom jitwaqqfu l-attivitajiet tal-massa

Il-Kummissarju għas-Saħħa fl-Uffiċċju tal-Ombudsman iddikjara li huwa jaqbel fis-sħiħ li għandhom jitwaqqfu minnufih l-attivitajiet tal-massa.

Fi stqarrija, il-Kummissarju Charles Messina qal li jemmen li mill-evidenza disponibbli, m’hemmx dubju li hemm bżonn li tittieħed azzjoni qabel is-sitwazzjoni issir waħda iddisprata.

Qal li fl-aħħar xhur saru sagrifiċċji kbar mill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa, mill-pubbliku u min-negozjiu għalhekk għandu jiġi żgurat li dak li nkiseb ma jintilifx. Is-Sur Messina qal li f’dan l-istadju hemm il-ħtieġa ta’ direzzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

COVID-19

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) mhux qed tirrakkomanda li l-pajjiżi jerġgħu jmorru lura għal-lockdowns nazzjonali, iżda minflok għandhom jimplimentaw miżuri lokalizzati kontra l-imxija tal-Covid-19. Dan intqal minn Dr Maria Van Kerkhove…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Aktar