Unjoni Ewropea
Il-Kummissarju Karmenu Vella jirċievi premju għall-ħidma fl-ekonomija ċirkolari

F’isem il-Kummissjoni Ewropea, il-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella rċieva premju għall-ħidma fl-ekonomija ċirkolari.

Il-Kummissarju Vella ngħata dan il-premju lbieraħ filgħaxija f’Davos mingħand il-Forum Ekonomiku Dinji  u l-Forum Globali tal-Mexxejja Żgħażagħ għax-xogħol biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari li tħares l-ambjent u t-tnaqqas il-gassijiet tal-effett serra, waqt li żżid l-opportunitajiet ta’ xogħol, tkabbir u investiment.

F’diskorstal-okkażjoni, il-Kummissarju Vella qal li dan il-premju jirrifletti r-realizzazzjoni li r-riżorsi tad-dinja mhumiex infiniti, filwaqt li esprima t-tama li kulħadd japprezza dan il-mod ġdid kif inħarsu lejn ir-riżorsi naturali.

Kien fl-2015 li l-Kummissjoni stabbiliet strateġija li ddaħħal miżuri li jkopru l-proċess sħiħ tal-prodotti u l-materjali, mill-produzzjoni sal-konsum, sal-immaniġjar tal-iskart u l-użu mill-ġdid tiegħu bħala materja prima sekondarja.

Il-miżuri jindirizzaw ukoll it-tibdil fil-klima bl-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emmissjonijiet, kif ukoll l-ewwel strateġija Ewropea dwar il-plastik.

S’issa l-Kummissjoni wettqet iktar minn 90% mill-54 pjan ta’ azzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

F’għeluq il-100 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Muzikali Maria Assunta u l-75 sena tal-Banda Maria Assunta tal-Gudja, ġiet ippreżentata plakka ta’ apprezzament u rikonoxximent mill-President tas-Soċjetà Omar Xuereb lil Tonio Portughese, President Onorarju…

Tfal

Wara li ftit tal-jiem ilu daħlet fis-seħħ il-liġi tal-protezzjoni tal-minuri, il-Ministru għall-familja Michael Falzon ħabbar li familja li tiffosterja t-tfal f’każijiet straordinarji tista’ tadotta lit-tfal fil-kura tagħha wara tliet snin….

Lokali

L-għodwa għal John Cortis minn Ħal Qormi ma kinitx bħas-soltu. Ma’ TVM spjega li dalgħodu xħin qam xamm riħa ta’ ħruq u sema’ xi tfaqqigħ bħal bombi tal-festa. Huwa ħaseb…

Aktar