Barranin
Il-Kummissarju tal-Pulizija f’Atlanta tirriżenja wara l-qtil ta’ Rayshard Brooks mill-Pulizija

Il-Kummissarju tal-Pulizija f’Atlanta Erika Shields irriżenjat wara li nqatel bi sparatura raġel ieħor Afro-Amerikan waqt li kien rieqed fil-karozza viċin restaurant li ngħata n-nar.

Rayshard Brooks li għandu 27 sena nqatel mill-Pulizija waqt li kienu għaddejjin konfronti bejn demostranti u pulizija nhar il-Ġimgħa. Dan l-inċident kompla jżid ir-rabja kontra l-pulizija mill-komunità, tant li fl-aħħar sigħat id-demostranti għalqu għalkollox waħda mill-highways.

Fl-aħħar tliet ġimgħat fl-Istati Uniti kollha nżammu diversi protesti minħabba l-qtil ta’ George Floyd, raġel iswed li miet filwaqt li kien miżmum minn pulizija li żammu taħt irkupptejh u spiċċa bla nifs.