Saħħa
Il-Kummissarju tas-Saħħa Mentali jwissi li d-dipressjoni ma titfejjaqx fi ftit minuti

Reklam minn setta reliġjuża li jistgħu jfejqu d-dipressjoni fi tliet minuti biss qajjem diskussjoni. Fl-isfond ta’ diversi kampanji biex jitqajjem għarfien dwar id-dipressjoni, dan ir-reklam weġġa’ lil bosta.

Dan wassal biex l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali joħroġ stqarrija li fiha qal li d-dipressjoni mhix marda li tista’ tikkuraha fi ftit minuti. Huwa ta parir biex wieħed jfittex pariri u servizzi mingħand entitajiet li huma reġistrati u rikonoxxuti fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali u mingħand professjonisti li huma liċenzjati u regolati biex joffru dawn is-servizzi. Servizzi minn entitajiet jew individwi li mhux liċenzjati jew regolati biex jagħmlu dan ix-xogħol jistgħu jkunu ta’ dannu aktar milli ta’ ġid għal persuni vulnerabbli speċjalment jekk is-servizzi jiġu ppreżentati bħala ‘kura ta’ malajr u b’xejn’.

Skont l-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa hemm diversi forom ta’ dipressjoni iżda karaterristiċi komuni huma dwejjaq, li wieħed jitlef interess f’affarijiet li normalment kien iħobb, problemi bl-irqad, għejja, problemi biex wieħed jikkonċentra u bidla fl-aptit għall-ikel.

Id-dipressjoni tista’ tkun ukoll minħabba ċirkostanzi li wieħed ikun għaddej jew għadda minnhom bħal problemi soċjali, problemi tas-saħħa u problemi ta’ xogħol. Sfortunament minħabba li l-kundizzjoni ma tistax titkejjel b’mod li jidher, pereżempju permezz ta’ testijiet tad-demm jew kejl ieħor, jista’ jkun li l-persuna jew dawk ta’ madwarha ma jindunawx li qegħdin f’sitwazzjoni li tirrikjedi l-għajnuna. Oħrajn jindunaw li għandhom bżonn l-għajnuna u ma jafux fejn se jsibuha u għaldaqstant huma ħafna li jfittxu għajnuna permezz tal-internet u l-midja  soċjali. Waqt li xi informazzjoni tista’ tkun utli biex wieħed jagħmel l-ewwel passi neċessarji biex ifittex l-għajnuna mhux dak kollu li ssib fuq il-media soċjali huwa veru jew xjentifikament korrett.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Żewġ persuni jinsabu bi ġrieħi ta’ natura gravi wara li faqqa’ argument bejn 7 persuni fi Triq Villabate, f’Ħaż-Żabbar. L-argument seħħ għall-ħabta tal-16:00 meta mara ta’ 26 sena residenti f’Bormla…

Politika

Arnold Cassola rriżenja minn Alternattiva Demokratika minħabba dawk li fisser bħala “differenzi bejnu u l-Kumitat Eżekuttiv tal- Alternattiva” dwar l-abort. Il-kwistjoni qamet nhar il-Ġimgħa li għadda bil-Professur Cassola jirreaġixxi għal…

Qorti

Ingħata l-libertà proviżjorja ż-żagħżugħ Libjan kunsidrat li kien il-moħħ wara l-ħtif ta’ ajruplan li tniżżel Malta jumejn qabel il-Milied tal-2016. Soko Moussa Shaha Ali ilu miżmum arrestat il-ħabs minn dakinhar….

Aktar