Il-Kummissarju tat-Tfal tgħid li l-għoti tal-bajd u tal-ispermi m’għandux ikun permess

Il-Kummissarju tat-Tfal Helen D’Amata qalet li l-għoti tal-bajd u tal-ispermi m’għandux ikun permess. Fi stqarrija maħruġa minn Save The Embryo Protection Act-Malta, kienet ippubblikata l-pożizzjoni tal-uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfajl fejn jingħad li għandhom jibqgħu fis-seħħ id-direttivi preżenti kontra l-għażla ewġenika jew ir-rimi u l-iffriżar tal-embrijuni. Żiedet tgħid li d-direttiva preżenti kontra l-iffertilizzar ta’ aktar minn żewġ bajdiet fl-istess ċiklu ta’ trattament  għandhom jibqgħu wkoll u l-istess id-direttiva kontra dak li sejħet sistema ta’ ġuf mikri jew misluf.

L-uffiċċju tal-Kummissarju tat-tfal qalet li għaddiet dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat tal-Bijoetika.