Politika
Il-Kummissjoni Elettorali naqset li tqassam il-vot lil 440 persuna – il-PN

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-Kummissjoni Elettorali naqset li tqassam il-vot lil 440 persuna u naqset li tagħti rimedju għal dan. Qal li minn dawn l-440 persuna, 100 ngħataw id-dokument tal-vot għall-Parlament Ewropew biss u 300 ngħataw il-vot tal-Kunsilli Lokali.

Is-Sur Puli qal li l-ironija hi li l-Kummissjoni Elettorali sabet il-ħin li, kontra dak li jsir is-soltu, bagħtet il-Pulizija biex tiġbor il-vot ta’ 160 persuna li se jivvutaw barra minn Malta u talbet lil xi ħadd tal-familja jiddikjara f’isimhom li veru li se jivvutaw barra.

Id-Deputat Karol Aquilina qal li l-liġi tgħid li hu l-obbligu tal-Kummissjoni li bil-Pulizija ddur bieb bieb u tqassam id-dokumenti tal-voti. Qal li dan ma sarx bl-istess ħeġġa tas-soltu. Qal li huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li tirrimedja. Dr Aquilina qal li l-Partit Nazzjonalista kiteb lill-Kummissjoni li min-naħa tagħha qalet li ma kienx possibbli toffri rimedju għal dawn l-440 persuna li baqgħu bla vot.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Jidher li l-partiti għamlu ħidma akbar biex jiġu eletti aktar nisa eliġibbli għall-kandidatura anke fost il-partiti ż-żgħar fuq livell Ewropew. Il-Professur Carmen Sammut qalet li fuq livell Ewropew, il-“family friendly…

Politika

Il-Membru Parlamentari għall-Partit Laburista Alex Muscat qal li r-riżultat ta’ din l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huwa l-ewwel ġudizzju tal-poplu wara l-każ Egrant. Dan Alex Muscat qalu waqt il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista…

Politika

F’kollegament dirett ma’ TVM, fuq il-programm Insights immexxi mill-ġurnalista Norma Saliba, l-uffiċjal tal-Partit Laburista Louis Gatt, qal li ħarġu xi riżultati proviżorji mill-ewwel għadd tal-voti. Dr Miriam Dalli għall-Partit Laburista…

Aktar