Il-Kummissjoni Elettorali se tappella dwar iż-żewġ siġġijiet tal-PN fil-Parlament

Il-Kummissjoni Elettorali se tappella mid-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali li l-Partit Nazzjonalista jingħata żewġ siġġijiet oħra fil-Parlament fi żmien tletin ġurnata.

Fil-kawża, l-Partit Nazzjonalista argumenta li l-Kummissjoni Elettorali ħadet żbalji fil-proċess tal-għadd tal-voti fuq it-8 u t-13-il distrett elettorali li waslu biex id-differenza bejn l-għadd ta’ deputati fil-Parlament żdiedet minn sebgħa għal disa’ siġġijiet.

tvm.com.mt hu nfurmat li l-Kummissjoni Elettorali ddeċidiet li tappella minn din id-deċiżjoni permezz tal-casting vote tal-Kummissarju Elettorali Prinċipali, Joseph Church, minħabba li ma kienx hemm qbil unanimu bejn it-tmien membri tal-Kummissjoni Elettorali. Is-sur Church qal lil tvm.com.mt li l-Kummissjoni Elettorali se tappella għax fost oħrajn tħoss li mxiet mal-liġi.

Sadanittant, hu rrappurtat li l-Gvern diġa’ ressaq appell kollettiv f’isem it-tliet deputati Edward Scicluna, Justyne Caruana u Joe Debono Grech li kienu nvoluti direttament fil-kwistjoni. Iċ-ċentru tal-aħbarijiet hu nfurmat li l-Professur Ian Rafalo f’isem il-Kummissjoni Elettorali mistenni jippreżenta l-appell sa tmiem din il-ġimgħa.

Ara l-appell kostituzzjonali hawn: Partit Laburista – Partit Nazzjonalista – Kummissjoni Elettorali – appell kostituzzjonali – revised 16022015

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

Eliana Gomez Blanco se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2019 li se ssir fil-Polonja fl-24 ta’ Novembru. Fit-tieni u t-tielet post ikklasifikaw Leah Cauchi u Martina Cutajar rispettivament….

Statistika

Minkejja ż-żieda fit-traffiku, ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fit-tieni kwart tas-sena bejn April u Ġunju kien hemm tnaqqis żgħir fl-inċidenti tat-traffiku u fil-korrimenti fihom. Iċ-ċifri juru li f’dawn…

Annimali

Dalgħodu kull min kien qed igawdi ġurnata baħar fl-Għadira ħa sorpriża ħelwa hekk kif niżel jgħum man-nies fjammingu. Skont il-BirdLife, il-fjammingi żgħar, għalkemm ipassu mal-adulti, xi kultant jistpiċċaw jitbegħdu mill-grupp…

Kronaka

€15,400 mhux iddikjarati ġew konfiskati mill-uffiċjali tad-dwana fl-Ajruport ta’ Malta. L-uffiċjali waqqfu passiġġier li kien mistenni jitlaq minn Malta b’ammont ta’ flus mhux iddikjarati. Huwa ikkopera mal-uffiċjali fejn aċċetta li jiġu…

Aktar