COVID-19
Il-Kummissjoni Ewropea b’għajnuna lill-pajjiżi membri minħabba COVID-19

Il-Kummissjoni Ewropea se tħalli lil Malta u l-istati membri kollha biex f’dan iż-żmien diffiċli jkollhom aktar flessibiltà fir-rigward tar-regoli relatati mal-għajnuna mill-istat li l-Unjoni Ewropea kienet tkun stretta ħafna fuqhom.  Fost l-oħrajn il-Gvernijiet se jitħallew joħolqu skemi ta’ għajnuna biex jipprovdu sa €800,000 lill-kumpaniji li jkollhom bżonn likwidità urġenti u self b’rati ta’ interess vantaġġjużi lill-kumpaniji f’diffikultà.

L-Unjoni Ewropea konxja li Covid-19 u l-miżuri ta’ prekawzjoni li qed jittieħdu mill-awtoritajiet biex il-virus jitrażżan qed ikollhom impatt ekonomiku negattiv ħafna fuq l-ekonomiji, in-negozji u l-ħaddiema illaxkat r-regoli taghha dwar l-istate aid.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Margrethe Vestager ħabbret li b’mod immedjat qed tadotta qafas regolatorju temporanju dwar ir-regoli tal-għajnuna mill-istat biex il-Gvernijiet ikunu jistgħu jużaw fondi pubbliċi biex jgħinu lill-kumpaniji f’diffikultà.

Dal-qafas jipprvodi ghal ħames miżuri fosthom tlieta fil-forma ta’ għajnuna diretta, self jew garanziji mill-istat.

“First they can give direct grants of up to €800,000 to companies; second they can provide state guarantees for loans taken by companies from banks; third they can grant loans with favourable interest rates to companies”

Iż-żewġ miżuri l-oħra jaħsbu għal salvagwardji lill-banek li jipprovdu għajnuna biex jgħinu lin-negozji żgħar u medji. Il-qafas jagħmilha ċara li din it-tip ta’ għajnuna se tiġi kkunsidrata bħala għajnuna lill-konsumaturi tal-banek u mhux lill-banek infushom waqt li tinkludi linji gwida ċari sabiex ma jkunx hemm kompetizzjoni inġusta bejn il-banek.

Bil-ħames miżura, il-Kummissjoni Ewropea se tippermetti lill-istati membri biex jekk ikollhom bżonn, jipprovdu assigurazzjoni fuq il-kreditu ta’ kumpaniji li jesportaw.

Dan il-qafas temporanju se jibqa’ fis-seħħ sa tmiem din is-sena.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar