Unjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea tagħlaq erba’ proċeduri kontra Malta

Il-Kummissjoni Ewropea għalqet erba’ proċeduri li kellha kontra Malta dwar direttivi u liġijiet Ewropej li ma kinux għadhom bdew japplikaw kif suppost f’Malta.

L-erba’ proċeduri li ngħalqu mingħajr ħtieġa ta’ azzjonijiet oħra kontra Malta, jolqtu fost oħrajn it-traspożizzjoni tad-direttiva dwar il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Il-Kummissjoni qalet li l-miżuri li ttieħdu mill-Gvern Malti jissodisfaw l-obbligi tad-direttivi u għalhekk il-każ kontra Malta ngħalaq.

Il-proċeduri l-oħra kontra Malta li ngħalqu wara li l-Gvern issodisfa t-talbiet tal-Kummissjoni jikkonċernaw il-proċeduri komuni Ewropej dwar l-għoti u l-irtrar tal-protezzjoni internazzjonali, dwar it-trade mark, wara emendi fil-liġi Maltija u oħra dwar is-servizzi tal-komunikazzjoni.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ewropej, Edward Zammit Lewis, qal li l-għeluq ta’ dawn il-proċeduri kontra Malta, jikkonfermaw l-impenn tal-Gvern li jimplimenta b’mod sħiħ il-liġijiet Ewropej billi jagħmel ir-riformi fejn meħtieġ.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Lokali

Aktar minn għaxar kumpaniji Maltin li jipproduċu l-logħob diġitali u mis-settur tal-e-sports qed jirriklamaw is-servizzi tagħhom fl-akbar fiera Ewropea tal-video games u e-sports – f’Gamescom fil-Ġermanja. Din hija t-tieni darba…

Parlament

Wara li lbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Paul Muscat Terribile, kienu bosta dawk li esprimew sogħba għall-aħbar u sellmu l-memorja tiegħu. Fosthom l-Ispeaker Anġlu Farrugia f’isem il-Parlament, li fakkar fil-kontribut ta’…

Qorti

Sentenza sospiża għal Jordan Azzopardi wara li ammetta akkużi li rċieva apparat elettroniku misruq b’valur ta’ €32,000 bi tpartit mad-droga. Iż-żagħżugħ ta’ 30 sena madankollu għadu miżmum il-ħabs fuq proċeduri…

Aktar