Lokali
Il-Kummissjoni Ewropea tgħid li t-tkabbir ekonomiku f’Malta qed jissorprendi

Il-Kummissjoni Ewropea kkummentat li t-tkabbir ekonomiku f’Malta qed ikompli jissorprendi b’rata ta’ tkabbir li s-sena li għaddiet laħqet madwar 7 fil-mija.

Il-Kummissjoni qalet dan meta ġew ippreżentati r-rapporti ekonomiċi tal-pajjiżi membri f’dak magħruf bħala t-tbassir ekonomika tar-Rebbiegħa. Il-Kummissjoni qed tbassar li l-ekonomija Ewropea ser tkompli tikber iżda wissiet li għandha riskji ġodda.

It-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u fiż-żona Ewro, s-sena l-oħra kien l-aħjar wieħed fl-aħħar għaxar snin meta ġie rreġistrat tkabbir medju ta’ 2.4 fil-mija. Il-Kummissjoni Ewropea bit-tbassir tagħha tar-Rebbiegħa qalet li tistenna li din ix-xejra pożittiva tkompli din is-sena u anke fl-2019.

Il-Kummissarju Ewropew responsabbli għad-djalogu soċjali u l-istabbilità finanzjarja Valdis Dombrovskis u l-Kummisssarju għall-Affarijiet Ekonomici Pierre Moscovici laqgħu tajjeb l-indikaturi ekonomċi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar