Lokali
Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja b’sejħa biex l-UE jkollha ekonomija soċjali tas-suq

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja organizzat laqgħa ta’ djalogu ma’ rappreżentanti tal-partiti politiċi dwar il-politika li għandu jħaddan il-Parlament Ewropew fil-leġislatura li jmiss. Il-Kummissjoni għażlet it-tema ‘Naġġustaw l-Ewropa għall-Ġid Komuni’ b’sejħa biex l-Unjoni Ewropea jkollha ekonomija soċjali tas-suq.

Il-Kummissjoni elenkat erba’ prijoritajiet li l-Parlament għandu jimxi fuqhom, il-ġustizzja soċjali, l-indukrar tal-ambjent naturali, il-paċi globali u r-rispett għad-drittjiet umani. Fuq dan l-isfond il-Kummissjoni semmiet id-diskrepanzi reġjonali u l-migrazzjoni, il-ħela tal-ikel u t-trażżin tal-esportazzjoni irregolari tal-armi.

Ir-rappreżentanti tal-partiti rrispondew il-mistoqsijiet tal-pubbliku fil-preżenza tal-Isqof Awziljarju Joe Galea Curmi. Il-Kummissjoni qed issejjaħ għal rieda ċara u bla kompromessi favur tisħiħ tal-edukazzjoni li tippormovi l-għaqda u l-għażla ċara favur il-ħajja.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Fil-Qorti nstemgħet ix-xhieda tal-Ispettur Keith Arnaud li qal li għall-ħabta tal-23:10 seħħet sparatura fi Triq tal-Ġebel li fiha kien hemm persuna maqtula u tnejn oħra midruba. L-Ispettur Arnaud qal li…

Qorti

Fil-Qorti, bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra ż-żewġ suldati akkużati bil-qtil fis-6 ta’ April li għadda ta’ Lassine Cisse Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Avorju. Lorin Scicluna ta’ 22 sena minn…

Elezzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li min se jsiefer fil-jum tal-votazzjoni, se jingħata l-faċilità li jaqbeż il-kju. Dawn il-persuni għandhom jieħdu magħhom prova dokumentata tas-safar u juruha lill-pulizija inkarigat fiċ-ċentru…

Elezzjoni

Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali fakkret lill-pubbliku li l-użu ta’ mobile phones, cameras, jew apparat tal-fotografija u awdjo huwa projbit fil-postijiet tal-votazzjoni. Qalet ukoll li t-teħid ta’ ritratti jew filmati fil-postijiet tal-votazzjoni…

Aktar