Il-Kummissjoni tbassar sena tajba għal Malta fil-qasam industrijali

Il-Kummissjoni Ewropea f’rapport dwar il-kompetittività qed tbassar li Malta se jkollha sena tajba fil-qasam industrijali wara li osservat li s-sena li għaddiet kien hemm żieda fil-progetti industrijali approvati mill-Malta Enterprise. Ir-rapport jgħid li fuq dan il-fatt, l-2014 ser titqabbel tajjeb mal-2013.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li fis-settur tal-esportazzjoni, Malta qiegħda ikollha riżultati tajbin għall-fatt li ħafna mill-esportazzjoni tagħha hija f’settur avvanzati fosthom fil-qasam tat-teknoloġija. Ir-rapport iżda jirrikonoxxi li l-aħjar riżultati qed jinkisbu fis-settur tas-servizz, speċjalment fit-turiżmu u fis-servizzi finanzjarji u l-assigurazzjoni li jikkontribwixxu mat-80 fil-mija tal-investiment dirett barrani.

Ir-rapport jitkellem fit-tul dwar is-settur tal-enerġija u jgħid li l-proġett għall-ġenerazzjoni tal-elettriku mit-turbini tar-riħ jidher li mhux fattibbli minħabba kunsiderazzjonijiet ambjentali. Jgħid madankollu li proġetti oħra fil-qasam tal-enerġija fosthom l-interconnector, il-power station tal-gass u ż-żieda fil-pannelli tax-xemx ser inaqqsu d-dipendenza tal-pajjiż fuq iż-żejt. Jirrimarka li dan diġà wassal għal roħs ta’ 25 fil-mija fil-kontijiet tad-dawl domestiċi u s-sena d-dieħla se jnaqqsu bi 15% il-kontijiet għas-settur kummerċjali li għandu jkompli jgħin il-kompetittività.

Ir-rapport jelenka ċerti miżuri fosthom fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni iżda jirrimarka wkoll li Malta għand għandha sfidi kbar biex isaħħaħ il-kompetizzjoni fosthom il-bżonn ta’ sistema ta’ trasport effiċjenti, fl-immaniġġjar tal-iskart u fil-miżuri biex il-pajjiż ikollu r-riżorsi meħtieġa tal-ilma. Ir-rapport min-naħa l-oħra jinnota wkoll ċerti inizjattivi li qed jittieħdu biex tiżdied l-effiċjenza u l-kompetittività fosthom ir-riforma fil-qrati u biex titnaqqas il-burokrazija speċjalment għall-itnrapriżi żgħar u medji.

 

Aħbarijiet Oħra

Sirjan ta’ 53 sena li jgħix Buġibba, baqa’ miżmum arrestat wara li l-Qorti se tagħti digriet dwar il-ħelsien mill-arrest tiegħu nhar it-Tnejn li ġej. Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, kompla…

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 l-ewwel darba fil-11 ta’ Awwissu u ġiet ikkonfermata li negattiva għall-Covid-19…

L-MUT laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern=li l-istudenti jidħlu lura l-iskola bejn is-7 u l-14 t’Ottubru, minflok fit-30 ta’ Settembru. Fi stqarrija l-MUT qalet li kienet talbet għal dan il-posponiment biex l-iskejjel ikollhom…

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar li, filwaqt li l-edukaturi se jidħlu lura għax-xogħol fit-28 ta’ Settembru kif skedat, l-istudenti se jibdew jidħlu lura mis-7 t’Ottubru. L-istudenti tal-istat tal-età obbligatorja se…

Aktar