Lokali
Il-kumpanija bet365 tikkonferma l-pjan biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera fiż-żewġ pajjiżi ħabbret li ddeċidiet li tiffoka u tespandi l-ħidma tagħha minn Malta.

Kelliem għall-kumpanija qal li l-kumpanija ħadet din id-deċiżjoni strateġika bħala parti mill-pjan ta’ kontinġenza tagħha biex tkun preżenti fis-suq Ewropea fid-dawl tal-Brexit li jaffettwa wkoll lil Ġibiltà. Il-kelliem żied jgħid li b’din id-deċiżjoni, il-kumpanija BET365 ser iżżid l-effiċjenza u timmassimiza r-riżorsi tagħha f’Malta.

Il-kumpanija qalet li ser tikkonsulta mal-ħaddiema tagħha f’Ġibiltà qabel tikkonkludi pjani tagħha.

Ara wkoll:

Il-kumpanija bet365 tkompli tevolvi u tkabbar f’Malta

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar