Barranin
Daqshekk il-famuż Big Mac?

Il-kumpanija ferm popolari tal-fast food, McDonald’s, tilfet it-trademark tal-Big Mac f’battalja legali ma’ kompetitur Irlandiż.

Fil-Qorti, il-Kumpanija Irlandiża Supermac tkellmet dwar kif il-kumpanija Amerikana McDonald’s serqet it-trademark tagħhom. Pat McDonagh, il-fundatur ta’ Supermac, qal ukoll kif, kawża t’hekk, il-kumpanija Amerikana qatt ma ppermettiet lil Supermac jidħol fi swieq differenti.

Skont McDonagh, il-kumpanija ewlenija tal-fast food, hija esperta f’dak li sejjaħ ‘trademark bullying’.

Il-każ instema’ quddiem il-European Union Intellectual Property Office (EUIPO) fejn ġie mitlub biex il-McDonald’s ma jibqax juża t-trademark misruq ta’ ‘Big Mac’ u ‘Mc’.

Għal McDonagh din kienet rebħa storika għaliex kumpanija żgħira rnexxielha tirbaħ kawża lill-kumpanija ġganta.

Min-naħa l-oħra, il-McDonald’s qalet li beħsiebha tappella kontra d-deċiżjoni u qalet li t-trademark tal-BIG MAC tappartjeni lill-kumpanija Amerikana madwar l-Ewropa kollha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kandidat demokratiku fl-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti, Joe Biden għażel lis-Senatur Kamala Harris biex takkumpanjah bħala Viċi President. Hija l-ewwel mara ta’ karnaġon skur u Ażjatika Amerikana għal dan l-irwoll. Is-Senatur…

Barranin

L-akbar belt f’New Zealand tinsab f’lockdwon wara li ġew reġistrati erba’ każi ġodda ta’ COVID-19 wara aktar minn 100 ġurnata mingħajr l-ebda każ. Il-lockdown ta’ tlett ijiem daħal fis-seħħ f’Auckland…

Barranin

It-tielet lejl infila ta’ protesti fil-kapitali Lebaniża Bejrut. Ġimgħa eżatt wara l-isplużjoni katastrofika li ħalliet iktar minn mitejn mejta u sitt elef persuna midruba, u llivellat mingħajr ħniena l-infrastruttura ta’…

Barranin

Skont figuri miġbura mill-Università Johns Hopkins, l-għadd ta’ nies infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabeż l-għoxrin miljun f’188 pajjiż. Aktar minn seba’ mija u tletin elf ruħ mietu. Mill-każi rregistrati, ħames…

Aktar