Saħħa
Il-kumpaniji tal-kannabis mediċinali m’għandhomx jitnaffru bid-deċiżjoni tal-BOV

Għalkemm l-awtoritajiet Maltin jistgħu iħossuhom frustrati li l-akbar bank f’Malta, il-Bank of Valletta, iddeċieda li ma jaħdimx ma’ kumpaniji fil-qasam tar-riċerka u l-produzzjoni tal-mediċina tal-kannabis, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia, stqarr ma’ TVM li x-xogħol biex diversi kumpaniji minn dawn jiġu Malta mhux se jisfaxxa.

“Li nista’ ngħid għall-kummenti li ntqalu f’dawn l-aħħar jiem huwa li Hemm banek lokali li qegħdin jieħdu dan it-tip ta’ investiment li jgħaddi minn due diligence qawwi, u anke kull kUmpanija li topera Malta, hi fost l-aqwa u tgħaddi minn due diligence qawwi mill-Malta Enterprise qabel jiġu approvati. Apparti minn hekk dawn qed jirrikorru għal soluzzjonijiet Ewropej.”

Stħarriġ li għamel TVM juri li uħud mill-kumpaniji ewlenin fl-industrija tal-Kannabis Mediċinali mhux ikollhom problema fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ banek ta’ reputazzjoni ewlenin Ewropej fosthom Barclays, l-UBS tal-Iżvizzera, in-Nova Banco tal-Portugall, u l-Bank Spanjol Santander.

Dan b’kuntrast mal-pożizzjoni li ħa dwar din l-industrija l-Bank of Valletta kif spjega l-Kap Eżekuttiv tal-Bank Mario Mallia fil-programm Dissett. “M’għandniex ħiliet neċessarji biex nifhmu dak il-business. Jekk inti ma tifhimx dak il-business, kif se tieħu riskji?”

Ma’ TVM il-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise, Kurt Farrugia, sostna li xi banek għadhom mhux qed jinvestu ħinhom biżżejjed biex jifhmu dan l-investiment. “Jista’ jkun li hawn ċertu misconceptions u li xi banek għadhom mhux qed jinvestu ħinhom biżżejjed biex jifhmu dan l-investiment li qed nattiraw hawn Malta.”

Is-Sur Farrugia żied jgħid li ħafna banek Ewropej li għandhom relazzjoni bankarja ma’ dawn il-kumpaniji, qiegħdin taħt l-istess skrutinju tar-regolaturi iżda xorta mhumiex miżmuma milli jkollhom relazzjoni ma’ kumpaniji tal-mediċina tal-kannabis.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Fondazzjoni Smiling with Jerome nediet inizjattiva sabiex tgħin lil pazjenti li qed jirkupraw mit-trattament tal-kimoterapija fl-Isptar tal-Onkoloġija. Sentejn wara mewtu l-legat taż-żagħżugħ Jerome Frendo għadu jħalli l-frott. Il-Fondazzjoni li twaqqfet…

Lokali

Il-lunetta ta’ San Franġisk li hija parti mill-fortikazzjonijiet tal-Furjana li jħarsu lejn il-Port il-Kbir treġġgħet lura għall-istat oriġinali tagħha wara xogħol estensiv mid-direttorat tar-restawr fi ħdan il-ministeru tal-ġustizzja. Il-fortifikazzjonijiet jagħmlu…

Lokali

Lejlet laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Brussell, l-Għaqda Repubblika f’ittra lill-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, talbietu biex ma jħallix lill-Prim Ministru Joseph Muscat jattendi dan is-summit. Qalet li s-sehem tiegħu fil-Kunsill…

Aktar