Il-kumpens għall-għoli tal-ħajja se jkun ta’ €1.75 fil-ġimgħa

Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja għas-sena d-dieħla se tkun ta’ €1.75 fil-ġimgħa skont il-mekkaniżmu maqbul bejn l-imsieħba soċjali. Qal li skont dan il-mekkaniżmu, il-kumpens għall-għoli tal-ħajja kkalkolat bejn Ottubru tas-sena li għaddiet kien ta’ €1.16 fil-ġimgħa. Madankollu, għas-sena d-dieħla l-Gvern iddeċieda li jantiċipa d-differenza ta’ 59 ċenteżmu biex meta l-għoli tal-ħajja, minn sena għall-oħra, jaqbeż il-€1.75ċ  fil-ġimgħa, iż-żieda fis-sena rispettiva tkun aġġustata ’l isfel b’din id-differenza.

Huwa qal li din l-mhix l-ewwel sena li sar arranġament simili u ż-żieda se tingħata lill-impjegati kollha, inkluż kif inhi l-prassi, lill-pensjonanti u lil dawk li qegħdin fuq il-benefiċċji soċjali. Fir-rigward tal-istudenti, l-istipendji se jerġgħu jogħlew b’żieda pro-rata.