Lokali
Il-kumpless il-ġdid ta’ San Vinċenz De Paule jilqa’ l-ewwel anzjani

Il-binja l-ġdida fil-kumpless il-ġdid ta’ San Vinċenz De Paule, bdiet tilqa’ l-ewwel anzjani fis-swali ġodda fjamanati li huma mgħammra bħas-swali ta’ sptar.

It-trasferiment tal-pazjenti qiegħed isir f’fażijiet, bil-biċċa l-kbira tal-anzjani li qegħdin jidħlu fis-sezzjoni l-ġdida, huma anzjani li kienu fil-komunità.

Television Malta żar il-binja u tkellem mad-diriġenti u r-residenti l-ġodda.

L-ewwel 60 anzjan u anzjana mill-komunità li kienu fil-lista ta’ stennija biex jidħlu f’dar tal-anzjani, bdew paġna ġdida meta żanżnu s-sala ġdida fl-estensjoni tar-residenza San Vincenz De Paule li b’kollox ser tipprovdi 500 sodda oħra għall-anzjani.

L-estensjoni fiha erba’ blokok u hija proġett bi sħab bejn il-gvern u konsorzju ta’ kumpaniji privati u ser tindirizza l-problema tal-listi ta’ stennija ta’ anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu għal rashom minħabba dipendenzi tagħhom. Il-kmamar jesgħu sa 3 anzjani u kif spjegat il-kap eżekutiv tar-residenza, it-tabiba Josianne Cutajar, huma mgħammra fuq il-livell ta’ sptar.

”Wara sodod għandna l-bedheads ta’ l-isptar bl-osiġnu għaddej dirett minn mal-manifolds għal fejn is-sodod, ġifieri ma noqodux niġru bit-tankijiet tal-osiġnu ‘l hawn u ‘l hemm. Is-sodod huma kollha eletric beds, kemm għall-kumdità tal-anzjani, u anki għal ħaddiema biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar.”

Minbarra l-kmamar, il-faċilità l-ġdida hija mgħammra b’Hydrotherapy pool, gym u salon tax-xagħar.

Il-kap eżekuttiv ta’ San Vinċenz De Paule qalet li dir-residenza toffri l-ħtiġijiet kollha għall-anzjani li jkollhom bżonn kura fit-tul.

Spjegat li d-dħul tal-anzjani fil-binja l-ġdida qed isir b’mod gradwali li jdur madwar il-bżonnijiet tas-saħħa tal-anzjani.

“Meta jidħol l-anzjan, jiġu miegħu il-familjari, jagħtuna l-istorja ta’ saħħtu u xi mdorri jaħgmel id-dar, xi jħobb, x’ma jħobbx. Wara dak il-proċess jiġu l-professjonisiti, il-konsulenti, it-tobba, l-ispeċjalisti. Jagħmlulu konsulta, jaraw x’ser ikunu l-bżonnijiet mediċi u kliniċi tiegħu u joħorġu bi pjan ta’ kura għalih. Imbagħad dak il-pjan jiġi sekwit mit-timijet ta’ swali.”

Huwa pjanat li fi żmien 5 ġimgħat oħra, l-500 sodda ikunu mimlija bl-anzjani, li 80% minnhom ser ikunu mill-komunità.

Ġorġina Buġelli li għandha 82 sena, hija waħda mis-sittin anzjan li daħlet fil-binja l-ġdida fl-aħħar jiem. Hija qalet lil Television Malta li tħossa li intlaqgħet tajjeb f’ambjent sabiħ.

“Spazzjuż kbir ħafna, pjaċir, imma ifimni peress li mara tad-dar nixtieq id-dar tiegħi hu.”

Waqt li żaru l-faċiltajiet il-ġodda l-Ministru għal-familja u s-solidarjeta soċjali Michael Falzon u s-segretarju parlamentari għall-anzjanità attiva Silvio Parnis qalu li d-dar ser topera fuq mudell ġdid bi sħab mal-privat.

“Hawnhekk qed naraw kunċett ġdid fejn l-investiment għamlu l-privat. Il-privat għandu l-konċessjoni illi jimmaniġja l-istess kumpless għall-ċertu tul ta’ żmien, u fl-aħħar il-proprjeta kollha ssit tal-Gvern.”

“Dan huwa l-ikbar rigal li stajna nagħti lil anzjani tagħna, għaliex għandhom residenza tal-għola kwalità.”

Minkejja li tneħħiet l-emerġenza tas-saħħa medika, xorta waħda qeghdin jittieħed swab lil kull anzjan li qiegħed jiġi trasferrit għal din is-sezzjoni ġdida.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Aktar