Mużika
Il-kunċert ta’ Celine Dion f’Malta skedat biex isir fil-21 ta’ Lulju 2021

Il-kantanta ċelebri Celine Dion ħabbret li l-Courage World Tour ġie skedat mill-ġdid għall-2021 minħabba l-pandemija.

Ġie kkonfermat ukoll li l-kunċert tagħha f’Malta se jsir fil-21 ta’ Lulju tal-2021

Il-kantanta, li kisbet bosta unuri ilha tiddomina d-dinja tal-mużika mill-età ta’ 18-il sena.