Mużika
Il-Kunċert tal-President b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund

Il-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jżomm mat-tradizzjoni u jsir fl-Epifanija fis-6 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt. Il-kunċert b’kollaborazzjoni ma’ Festival Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jsir b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.

Kwartet mill-orkestra filarmonika ta’ Malta flimkien mal-mezzo sopran Clare Ghigo, taw lir-residenti anzjani f’Little Sisters of the Poor il-Ħamrun tomgħa żgħira ta’ dak li wieħed mistenni jisma waqt il-kunċert.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca faħħret it-talenti tal-orkestra li qalet aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar tgħolli l-livell u llum għandha exposure anki internazzjonali.

Filwaqt li ħeġġet lill-pubbliku sabiex jattendi għall-kunċert, hija stiednet lis-sorijiet ta’ Little Sisters of the Poor sabiex jieħdu wħud mir-residenti tad-dar għall-kunċert tas-sena l-ġdida. Hija faħħret ukoll lill-Madre Sister Filomena li qalet ġiet Malta mill-Irlanda sabiex tagħmel mid-dar monument billi tagħti kwalità ta’ ħajja tajba lill-anzjani.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar