
Wara ġimagħtejn fil-Knisja ta’ Sant’Elena f’Birkirkara fejn ingħatat protezzjoni tul it-Tieni Gwerra Dinjija, is-Sibt filgħodu l-istatwa titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla ttieħdet fuq vettura lejn il-Knisja ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid fejn il-lejla l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa pontifikal li fakkar il-ġrajja ta’ 75 sena ilu meta l-istess statwa kienet inġarret proċessjonalment fuq l-ispallejn minn Birkirkara sa Bormla.
Fl-omelija l-Arċisqof qal li hu sabiħ li l-aħħar parti tal-pellegrinaġġ jibda mill-knisja ddedikata lil Iben il-Madonna, Kristu Sultan. Qal li min jiltaqa’ mal-Madonna jiltaqa’ ma’ Ġesù u l-parir li tagħtina Marija hu biex nagħmlu dak li jgħidilna Ġesù.
Il-knisja u z-zuntier kienu ppakkjati nies jistennew l-istatwa tal-Kunċizzjoni toħroġ mill-knisja biex tkompli bl-aħħar parti tal-pellegrinaġġ. Therese Cauchi, Bormliża ta’ 85 sena, kienet preżenti għall-pellegrinaġġ ma tfal tal-iskola.
“Ġejt nara lill-Madonna għaliex jiena Bormliża. (Tiftakar il-pellegrinaġġ oriġinali) Minn Birkirkara, waqfet hawnhekk, Raħal Ġdid, imbagħad inżilna warajha Bormla.”
In-neputi tagħha, Mario Spiteri qal li 75 sena ilu l-pellegrinaġġ kien beda fit-tmienja ta’ filgħodu u baqa’ sejjer sa filgħaxija.
“Għamlu wegħda li jekk il-knisja tibqa’ qawwija u sħiħa iġibuhom bil-mixi. Ġara li l-knejjes kollha tal-Kottonera ġġarfu minbarra dik ta’ Bormla. Jgħidu li kull meta kien se jkun hemm attakk mill-ajru l-Madonna kienet tibgħat sħaba fuq il-Knisja allura ma kienx ikun jista’ jimmira fuqha meta jiddivjaw.”
Aktar minn 70 reffiegħ minn parroċċi differenti qed jerfgħu fil-pellegrinaġġ tas-Sibt filgħaxija.
Fil-ġurnata proprja tal-anniversarju – nhar it-Tlieta 19 ta’ Novembru – Television Malta se jxandar l-ispettaklu awdjoviżiv “Taħt Ħarstek Nistkennu” li kien ittella’ f’Bormla f’Ġunju/ Ix-xandira tibda fid-9.30 p.m. fuq TVM2.









Ara wkoll:
ARA: L-istatwa tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla ġġedded il-memorja ta’ 75 sena ilu f’Birkirkara
Riżultat tar-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin, tqaċċtu numru ta’ siġar fosthom waħda l-Mosta li waqgħet fuq vettura li kienet ipparkjata u oħra f’Sant’ Anton. Kelliema għall-pulizija qalet li…
Luana Borg, it-tfajla ta’ 14-il sena li lbieraħ kienet irrapportata nieqsa nstabet qawwija u sħiħa. Hija kienet irrapportata nieqsa wara li kienet dehret l-aħħar nhar il-Kunċizzjoni, 8 ta’ Diċembru viċin…
L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mill-Punent ser ikun qawwi ħafna fuq il-Gzejjer Maltin u aktar tard ilaħħaq qawwa ta’ riefnu u jdur mill-Majjistral. Din it-twissija…
Din hija ħarsa ħafifa lejn il-ġurnali ppubblikati llum is-Sibt 14 ta’ Diċembru 2019. L-ewwel paġna ta’ kull ġurnal illum, hija dwar id-diskors ta’ Jum ir-Repubblika tal-President George Vella li saħaq…