Qorti
Il-kunjatu kisirlu idu meta sabu jsawwat lil bintu – il-Qorti tilliberah

Raġel li ddefenda lil bintu meta sabha mal-art tokrob bl-uġigħ ma nstabx ħati li weġġa’ gravi lir-raġel li kien taha daqqa ta’ njama u tefagħha fil-periklu tal-mewt.

Salvatore Pace kien akkużat li weġġa’ gravi lil Christopher Cachia, b’dan tal-aħħar li kien sofra ksur fil-ġenb ta’ idu. Pace kien il-kunjatu ta’ Cachia, u meta seħħ il-każ Cachia u martu kienu qed jisseparaw.

Il-Qorti semgħet kif fit-28 ta’ Marzu 2018 iben Cachia kien fid-dar ta’ nannuh, ċioe Salvatore Pace, u Cachia mar għalih biex jiġbru. It-tifel iżda ma riedx imur ma’ missieru. Dak il-ħin fid-dar kien hemm ukoll oħt l-eks mara ta’ Cachia, jiġifieri z-zija tat-tifel, li qalet lil Cachia li t-tifel ma riedx imur miegħu dakinhar.

Enrica Pace xehdet li meta daret biex terġa’ tidħol ġewwa, Cachia qabad injama u taha daqqa f’ġenbha, u hi spiċċat mal-art tgħajjat bl-uġigħ.

Kien hawn li ħareġ missierha, li mar jiġbed lil Cachia biex ma jkomplix jagħtiha, u Cachia tah daqqtejn f’wiċċu. Dak il-ħin iż-żewġt irġiel spiċċaw mal-art, b’Pace jgħid li Cachia seta’ kiser idejh dak il-ħin.

Min-naħa l-oħra, Enrica Pace intlaqtet fil-milsa u kienet f’qagħda serja, tant li għamlet jumejn fl-ITU.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, qalet li Pace kien ġie provokat, u li f’dak il-mument kien qed jipprova jiddefendi lilu nnifsu u lil bintu. Huwa kien għalhekk illiberat mill-akkużi.

Sadanittant, fil-konfront ta’ Cachia nfetħu proċeduri separati.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar