Kunsilli Lokali
Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara jiġbor f’kotba xogħlijiet letterarji ta’ kittieba mil-lokalità

Ħafna huma l-Kunsilli Lokali li ħidmiethom mhix iffukata biss fuq l-amministrazzjoni pubblika u l-indafa iżda jieħdu inizjattivi edukattivi u kulturali. Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara għadu kemm daħal għal proġett li jibqa’ – il-publikazzjoni ta’ kotba, ilkoll xogħlijiet ta’ awturi Karkariżi.

Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ppubblika erba’ kotba ġodda, li lkoll jixħtu dawl fuq aspetti differenti fuq fost l-akbar lokalitajiet f’Malta.

Il-kotba huma Ktieb tas-Soltu minn Ħas-Sajjied, il-Lirika ta’ Birkirkara u Nisa Narrattivi – it-tlieta ta’ Tarcisio Zarb – u t-tieni edizzjoni ta’ Muża Karkarkiża – li hija ġabra ta’ xogħlijiet letterarji ta’ kittieba Karkariżi minn Terry Muscat.

Fit-tnedija virtwali tal-kotba l-ġodda, il-Professur Charles Briffa qal li dawn il-pubblikazzjonijiet huma riżultat ta’ riċerka dwar x’jagħmel il-bniedem dak li hu.

“Meta qed nitkellmu fuq kultura, din qed turi twemmin, attitudnijiet, xejriet, burdati u anke imġiba,” qal il-Professur Charles Briffa.

Is-Sindku ta’ Birkirkara Joanne Debona Grech qalet li t-triloġija ta’ Tarcisio Zarb tagħti stampa tal-għeruq tal-poplu Karkariż, fosthom il-ħajja fl-imgħoddi, id-djalett u l-identità Karkariża. Spjegat li t-tieni edizzjoni ta’ “Muża Karkariża” jiġbor kitbiet li nqraw waqt serata letterarja.

“Dawn huma nies letterarji Karkariżi jiġbru l-letteratura tagħhom bl-attivitajiet li jagħmlu u aħna bħala Kunsill nippromwovuh bħala ktieb biex hekk il-letteratura Karkariża u n-nies Karkariżi jibqgħu ħajjin,” qalet is-Sindku Joanne Debono Grech.

Din mhijiex l-ewwel darba li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara daħal għal publikazzjoni ta’ kotba. Fost il-kotba li diġà ġew ppubblikati hemm Born in Birkirkara u Laqmijiet Karkariżi tal-Professur Charles Briffa, kif ukoll Niċeċ, Statwi u Slaleb fit-Toroq ta’ Birkirkara ta’ Philip Xuereb.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar