Lokali
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan jappella biex ix-xogħlijiet infrastrutturali jitlestew fi żmien qasir

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan appella biex ix-xogħlijiet infrastrutturali jitkomplew u jitlestew fl-iqsar żmien possibli.

Fi stqarrija, il-kunsill qal li huwa pożittiv il-fatt li l-karba tal-Balzanin sabiex il-Wied ta’ Ħal Balzan jiġi rranġat waslet sabiex fl-aħħar il-Gvern ċentrali ta’ widen lil dan l-appell u beda l-ħidma fuq din it-triq tittranga.

Il-Kunsill żied jgħid li jifhem li biex issir dax-xogħol bilfors ser ikun hemm perjodu ta’ inkonvenjent għar-residenti. Qal li jifhem ukoll li dan ix-xogħol mhuwiex wieħed ta’ għaġla iżda li jrid isir b’attenzjoni sabiex l-affarijiet isiru sew.

Filwaqt li saħaq li din mhix kwistjoni partiġġjana u ma jridx li tispiċċa ballun politiku, il-kunsill stqarr li huwa mħasseb li wara aktar minn sena, dan il-proġett għadu fi stadju bikri u għadu qed jikkawża inkonvenjenza għar-residenti tal-inħawi bi trabijiet u b’kanali tad-drenaġġ miftuħa quddiem id-djar. Għalhekk il-Kunsill Lokali appella biex dan il-proġett jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Skont il-paġna fuq Facebook, it-Temp Madwarna, jidher li l-ewwel maltempata tinsab wara l-bieb. Skont l-istess paġna diversi mudelli tat-temp qed jindikaw li fl-aħħar jiem t’Awwissu jista’ jkollna l-ewwel xita hekk kif…

Kronaka

Żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li x’aktarx ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u spiċċa ħabat rasu mad-dgħajsa. Il-pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident, li seħħ…

Lokali

Id-Dwana kkonfiskat 1,700 sigarett tal-kuntrabandu minn maħżen ta’ stabbiliment f’Bormla. Dan seħħ wara xhur ta’ sorveljanza mill-uffiċjali tad-Dwana. Is-sid inqabad fil-fatt joħroġ kaxex ta’ sigaretti tal-kuntrabandu mill-maħżen, li jinsab biswit…

Lokali

Beda jaqta’ x-xagħar ta’ 13-il sena u llum li għandu 68 sena m’għandux ħsieb li jieqaf. Il-barbier Żejtuni Louis Cassar jispjega lil TVM għal xiex mal-bieb ta’ barra weħħel tabella…

Aktar