Lokali
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar kontra l-bini tal-McDonalds f’ODZ

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar oppona u vvota kontra b’mod unanimu l-iżvilupp tal-bini ta’ ristorant ta’ McDonalds f’art ODZ fi Triq il-Labour, Ħaż-Żabbar.

Dan wara li tressqet mozzjoni mis-Sindku Marc Bella Bonnici li kienet appoġġjata mill-kunsilliera.

Il-ġimgħa li għaddiet saret laqgħa konsultattiva mar-residenti u laqgħat oħra ma’ stakeholders oħra.

Fi stqarrija, il-Kunsill qal li se jippreżenta l-oġġezzjoni tiegħu b’mod formali lill-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-mozzjoni kienet ibbażata fuq diversi fatturi, fosthom li l-iżvilupp kien fil-biċċa l-kbira tiegħu propost fuq art ODZ, in-nuqqas ta’ studju dwar l-impatt tat-traffiku u l-problemi li dan iġib miegħu, parkeġġ mhux adekwat, problemi ta’ storbju u skart, kif ukoll li dan kien se jaffettwa art agrikola tajba u jnaqqas l-ammont ta’ siġar minn fuq is-sit.

Il-Kunsill qal li dan l-iżvilupp imur kontra l-pjan ta’ riġenerazzjoni propost mill-Gvern Ċentrali fl-akkwati, kif ukoll proġett ta’ rikreazzjoni għall-familji propost mill-Kunsill Lokali.

Mc_Donalds_objection

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-kumpanija Amerikana Steward Health Care (SHC) ħabbret li saret sieħeb tas-settur tas-saħħa pubblika ta’ Malta u se tkun qed taħdem mal-iskola medika ta’ Barts biex tiftaħ skola medika f’Għawdex. Fi…

Lokali

Id-drummer ta’ fama internazzjonali Virgil Donati, Awstraljan li jgħix l-Istati Uniti jinsab Malta għal kuncert li se jittella’ għada flimkien mal-grupp ICE FISH. Id-drummer daqq f’kunċerti madwar id-dinja u minkejja…

Lokali

Irina Udrea, l-armla ta’ Dan Udrea li tilef ħajtu f’inċident traġiku fl-Imrieħel għadha bil-feriti viżibli tal-inċident skerz li fih tilfet lil żewġha. Disat ijiem wara l-inċident Irina stqarret il-gratittudni tagħha…

Lokali

Il-parti l-kbira tal-inkjesti maġisterjali jingħalqu u dan huwa rifless fi statistika li tpoġġiet illejla fuq il-Mejda tal-Kamra.  Bejn l-2010 u l-2017 infetħu 7,513-il inkjesta, filwaqt li fl-istess perjodu ngħalqu 7,797….

Aktar