Il-Kunsill Lokali tal-Gżira jitlob lura l-ġurisdizzjoni ta’ Manoel Island

Is-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manché ppropona mozzjoni biex Manoel Island terġa’ tifforma parti mill-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gżira b’effett immedjat. Din il-mozzjoni ġiet approvata unanimament mill-Kunsill u ġiet ippreżentata lill-Ministru Owen Bonnici kif ukoll lid-Direttur tal-Gvern Lokali, biex jiġi emendat l-Att 363 tal-Ligijiet ta’ Malta.

Il-Kunsill qal li l-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gżira ġiet limitata sa wara l-pont ta’ Manoel Island. B’hekk seħħet anomalija għax art li teċċedi 299,467 metri kwadri, 28 metru biss ’il bogħod mill-Gżira b’aċċessi u żoni pubbliċi ma taqax taħt ir-responsabbiltà u l-governanza ta’ Kunsill Lokali. Dan intqal hu kuntrarju għal Tigné li jifforma parti minn Tas-Sliema u li jaqa’ fil-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

Il-Maltin jivjaġġaw l-iżjed bl-ajru, u skont statistika tal-Eurostat, 63 fil-mija tal-vjaġġi tal-Maltin fl-2017 saru bl-ajru. Dan ipoġġi lil Malta fl-ewwel post, anke meta mqabbel ma’ gżejjer oħra. Fil-fatt, filwaqt li…

Qorti

Fil-Qorti llum ngħalqu l-provi kontra Liam Debono, li qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri fil-15 ta’ Mejju 2018. Il-proċeduri issa mistennija jkomplu billi jinħareġ l-Att ta’ Akkuża…

Politika

L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa li tirrappreżenta 47 pajjiż, approvat rapport kritiku dwar is-saltna tad-dritt f’Malta li tħejja mill-Parlamentari Olandiż Pieter Ormtzigt. Ir-rapport ġie approvat bit-72 vot favur, 18-il vot kontra…

Propjetà

Il-membru tal-Bord tal-Ippjanar tal-Awtorità tal-Ippjanar, Matthew Pace, mhuwiex preżenti għal-laqgħa tal-lum li fiha qed tkun diskussa l-applikazzjoni għall-proġett Townsquare t’Tas-Sliema. Il-ġimgħa li għaddiet il-Qorti tal-Appell sabet li s-Sur Pace kellu…

Aktar