Ippjanar u bini
Il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq joġġezzjona għal dar tal-anzjani f’ODZ

Il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq qed joġġezzjoni għal applikazzjoni mill-privat biex tinbena dar tal-azjani fuq tliet sulari f’żona barra l-iżvilupp.  Id-dar tal-anzjani fi Triq San Ġwann mistenni jkollha parkeġġ taħt l-art u tliet sulari, b’total ta’ 129 kamra, kif ukoll servizzi anċillari.

Fi stqarrija l-Kunsill iċċara li huwa jilqa’ kull interess biex tiġi żviluppata dar tal-anzjani għal dawk ‘ta’ wara l-mina’, kif huma magħrufa r-residenti ta’ dawn l-inħawi. Qal iżda li jemmen li s-sit preferibbilment għandu jkun fiż-Żona Urbana u viċin il-komunità. Qal li tul is-snin diġà għamel analiżi ta’ siti alternattivi u anki wasal biex identifika sit partikulari fiż-Żurrieq li huwa addattat jinsab f’żona ta’ żvilupp.

Żied li wara analiżi li għamel tal-applikazzjoni PA 2813/20 kif imressqa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, il-Kunsill Lokali, b’mod unanimu, qabel li joġġezzjona għal din l-applikazzjoni. Intqal li l-proposta ta’ żvilupp ta’ diversi blokok enormi fuq sit li huwa ’l barra sew mill-iskema tal-iżvilupp, u li jinsab fuq wara ta’ supermarket, mhuwiex il-post adatt għal dan it-tip ta’ żvilupp, anki għax huwa ’l bogħod mill-komunità residenzjali.

Il-Kunsill sostna li għalkemm il-bżonn ta’ dar għall-anzjani f’dawn l-inħawi huwa wieħed kbir u urġenti, dan ma jiġġustifikax li jintuża sit li fil-Pjan Lokali għal-lokalità hu mmarkat bħala Żona Rurali u b’użu speċifiku għall-agrikoltura. Qal li din iż-żona għandha tibqa’ intatta, u tkompli sservi ta’ buffer bejn l-irħula u l-ibliet tal-madwar.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar