Ippjanar u bini
Il-Kunsill ta’ Ħal Kirkop ukoll joġġezzjona għall-bini ta’ dar tal-anzjani f’ODZ

Wara l-oġġezzjonijiet mill-Kunsilli Lokali taż-Żurrieq u ta’ Ħal Safi, il-Kunsill ta’ Ħal Kirkop ukoll ħabbar li qed joġġezzjona għall-applikazzjoni biex tinbena dar tal-anzjani f’ODZ.

L-applikazzjoni għal dar b’129 kamra saret mill-privat fuq sit magħruf bħala L-Għadir, fi Triq San Ġwann.

Minbarra l-oġġezzjoni għall-fatt li l-post huwa maħsub biex jintuża biss għal skop agrikolu, il-Kunsill fakkar li fl-istess triq hemm ukoll żewġ skejjel reġjonali u supermarket ewlieni, u qal li dan se jkollu impatt negattiv fuq is-sigurtà, l-infrastruttura u t-traffiku.

Filwaqt li tenna l-bżonn għal dar tal-anzjani, il-Kunsill ta’ Ħal Kirkop qal li din m’għandhiex issir bi ħsara għall-ambjent u r-residenti, u sostna li għalhekk qed joġġezzjona b’mod unanimu għall-proġett.

Il-Kunsill ta’ Ħal Kirkop appella wkoll lill-Kusilli tal-Imqabba u l-Qrendi biex jappoġġjaw lit-tliet kunsilli lokali li diġà oġġezzjonaw għall-proġett.

Ara wkoll:

Il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq joġġezzjona għal dar tal-anzjani f’ODZ

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi ma jaqbilx li tinbena dar tal-anzjani fiż-żona magħrufa bħala l-Għadir

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar