COVID-19
Il-Kunsill ta’ Marsaxlokk iwissi li se jieħu passi jekk tal-monti u tal-ħwienet ma josservawx il-miżuri

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk wissa li lest jieħu d-deċiżjonijiet li jidhirlu xierqa jekk il-bejjiegħa tal-monti u s-sidien tar-restoranti ma josservawx il-miżuri ta’ mitigazzjoni kontra l-imxija tal-Covid-19.

Fi stqarrija l-kunsill qal li kull nhar ta’ Ħadd mad-60,000 persuna kienu jżuru Marsaxlokk biex jixtru mill-monti, jieklu mir-ristoranti u jgħumu fil-bajjiet.

Filwaqt li rrrikonoxxa li mill-Ħadd li ġej dan l-ammont x’aktarx jonqos minħabba li persuni vulnerabbli jibqgħu ġewwa u turisti m’hawnx, madanakollu saħaq li s-saħħa tar-residenti u dawk li jżuru r-raħal hi prijorità, u għalhekk kull miżuri ta’ mitigazzjoni mitluba mill-Gvern għandhom jiġu osservati.

Fir-rigward tal-monti, il-Kunsill semma l-importanza tal-ispazju rikjest bejn il-bankarelli u l-ammont ta’ nies li jistgħu jinġabru quddiehom. Qal li bl-istess mod ir-ristoranti għandhom jieħdu l-miżuri rikjesti minnhom.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 33 sena minn Ta’ Xbiex weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7am fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq. Jidher li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci kkonfermat li għal-lum mhemm l-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta u 13-il persuna oħra fiequ mill-virus. Dan qalitu waqt il-konferenza stampa fejn tkellmet ukoll dwar…

Saħħa

Wara li saru konsultazzjonijiet mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, minn nhar it-Tnejn l-1 ta’ Ġunju se jerġgħu jibdew jiġu offruti numru ta’ servizzi fil-komunità mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Madanakollu diversi istruzzjonijiet…

Ekonomija u Finanzi

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li sa April, l-iżbilanċ fil-fond konsolidat kien diġà skorra s-607 miljun ewro. Fl-istess perjodu s-sena l-oħra, l-iżbilanċ tal-gvern kien ta’ 144 miljun ewro. Dan ifisser…

Aktar