Ambjent
Il-Kunsill tal-Gżira jtenni l-pożizzjoni kontra pompa tal-petrol fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa

Il-Kunsill tal-Gżira qal li r-rilokazzjoni tal-pompa tal-petrol ta’ ħdejn Manoel Island għal Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, li ġiet approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar u t-Tribunal tal-Ippjanar, ser tkompli toħnoq l-unika spazju miftuħ fil-Gżira.

F’konferenza tal-aħbarijiet is-Sindku Conrad Borg Manche qal li l-pompa tal-petrol ser tieħu 930 metru kwadru minn ġnien pubbliku meta diġà hemm żewġ pompi tal-petrol inqas minn 550 metru ‘l bogħod.

Qal li l-Kunsill lokali qiegħed jistenna deċiżjoni mill-Qorti tal-Appell dwar il-permess.

Is-Sindku tal-Gżira qal li kif approvata, il-pompa tal-petrol ser ikollha impatt fuq it-tfal u l-pubbliku li jiffrekwentaw il-ġnien minħabba l-gassijiet li joħorġu mill-pompa tal-petrol, li ser tkun parti mill-istess ġnien.