Ippjanar u bini
Il-Kunsill tal-Gżira se jappella fil-Qorti fuq iċ-ċaqliq ta’ pompa tal-petrol

Il-Kunsill Lokali tal-Gżira vvota favur li jappella fuq iċ-ċaqliq tal-pompa tal-petrol ta’ Manoel Island għal ġol-ġnien tal-Gżira, magħruf bħala Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa.

Fi stqarrija s-Sindku Conrad Borg Manche qal li l-vot ittieħed f’laqgħa li ssejħet ilbieraħ wara li t-Tribunal tar-Reviżjoni ċaħad l-apell tal-Kunsill.

Tmien kunsilliera vvutaw favur l-appell, waqt li wieħed astjena, u għalhekk il-Kunsill se jieħu l-każ quddiem il-Qorti.

Iktar qabel il-Kunsill Reġjonali wkoll iddikjara ruħu kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar u qal li r-residenti m’għandhomx ikollhom l-ispazji miftuħa mnaqqra.