Ippjanar u bini
Il-Kunsill tal-Qala b’rikorsi fil-Qorti kontra żvilupp li parti minnu tinsab f’ODZ

Il-Kunsill Lokali tal-Qala ppreżenta żewġ rikorsi biex jiġu revokati permessi għal binja ta’ garaxxijiet u appartamenti mill-privat, fuq art li parti minnha tinsab Barra ż-Żona tal-Iżvilupp (ODZ).

Fi stqarrija l-Kunsill qal li għalkemm parti mis-siti ta’ dawn iż-żewg permessi tinsab barra mill-iskema tal-iżvilupp, dawn ġew ipproċessati u deċiżi mill-Awtorità tal-Ippjanar bħallikieku kienu kollha fiż-żona tal-iżvilupp. Qal li dan seta żvija lill-pubbliku u affettwa l-mod li bih kienu deċiżi.

Is-Sindku tal-Qala, Paul Buttigieg, qal li l-Kunsill diġà ħareġ eluf ta’ ewro biex jappella għal dan l-iżvilupp, li mistenni jikkonsisti f’total ta’ 179 appartament. Iż-żewġ applikazzjonijiet li l-Kunsill oġġezzjona għalihom huma parti minn sitt applikazzjonijiet marbuta mal-istess żvilupp.

Għal dan l-iżvilupp qed toġġezzjona wkoll l-għaqda Din L-Art Ħelwa.

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar