Ippjanar u bini
Il-Kunsill tal-Qala jilqa’ d-deċiżjoni tat-Tribunal dwar kamra f’Ħondoq ir-Rummien

Il-Kunsill Lokali tal-Qala laqa’ d-deċiżjoni tat-Tribunal ta’ Reviżjoni lbieraħ, li kkonferma d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, li kienet irrifjutat permess għal bini f’Ħondoq ir-Rummien.

L-applikazzjoni kienet titlob għal permess biex jinbena maħżen tal-għodda b’tamboċċ u parapett minflok borġ ġebel li hemm bħalissa (filmat).

Is-Sindku tal-Qala, Paul Buttigieg, iddeskriva d-deċiżjoni bħala rebħa għall-ambjent naturali, filwaqt li qal li l-kunsill se jibqa’ jistinka biex inaqqas it-theddi għall-ambjent u l-komunità.

Ara wkoll:

Irrifjutat permess għal kamra f’ODZ f’Ħondoq ir-Rummien