Kunsilli Lokali
Il-Kunsilli Lokali issa obbligati li jkollhom servizz ta’ contract manager

Il-Kunsill Lokali qed jiġu obbligati mill-Gvern jingaġġaw contract manager li jkollu l-irwol jissorvelja l-kuntratti li jkollu l-kunsill biex jassigura li x-xogħol jew is-servizzi jsiru skont kif imniżżel fil-kuntratt.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Silvio Parnis, qal li stħarriġ li sar wera li l-maġġoranza tal-kunsilli m’għandhomx servizz ta’ contract manager. Is-Sur Parnis qal li l-contract manager għandu jissorvelja wkoll ix-xogħlijiet li jkunu qegħdin isiru u jagħti pariri lill-Kunsill Lokali dwar kwistjonijiet tekniċi relatati mal-kuntratt.

Is-Segretarju Parlamentari wera l-fehma li bix-xogħlijiet ta’ kuntratti jiġu ċertifikati minn contract manager, il-Kunsilli Lokali se jassiguraw li jieħdu l-valur għall-flus li jkunu ħallsu u l-qagħda tal-lokalitajiet tkun aħjar fosthom fl-indafa.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Kronaka

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-20:30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq il-Vitorja. L-anzjan intlataq minn vettura ta’ tip…

Aktar